Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0034

    Kawża T-34/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2014 – Canon Europa vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda — Subintestaturi tariffarji — Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/38


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2014 – Canon Europa vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-34/11) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi tariffarji - Dazji doganali applikabbli għall-merkanzija kklassifikata f’dawn is-subintestaturi tariffarji - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà”))

    2014/C 409/54

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Canon Europa NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa minn Konica Minolta Business Solutions Europe GmbH u Olivetti SpA.

    3)

    Canon Europa NV hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


    Top