Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0300

    Kawża T-300/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Ottubru 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – A Colmeia do Minho (FAIRGLOBE) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva FAIRGLOBE — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti GLOBO — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 22(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2865/95” ]

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – A Colmeia do Minho (FAIRGLOBE)

    (Kawża T-300/12) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva FAIRGLOBE - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti GLOBO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2865/95”])

    2014/C 409/48

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u A. Berger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: A Colmeia do Minho Lda (Aldeia de Paio Pires, il-Portugall)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2012 (Każ R 1981/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A Colmeia do Minho Lda u Lidl Stiftung & Co. KG.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ April 2012 (Każ R 1981/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A Colmeia do Minho Lda u Lidl Stiftung & Co. KG hija annullata sa fejn hija kkonstatat li l-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti kien ġie pprovat b’mod suffiċjenti fid-dritt.

    2)

    L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Lidl Stiftung & Co. KG.


    (1)  ĠU C 273, 8.9.2012


    Top