Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0535

    Kawża C-535/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Monomeles Protodikeio Athinon- il-Greċja) – Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha vs Maria Patmanidi AE (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trade marks — Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), mingħajr il-permess tiegħu, ta’ prodotti li jaqgħu taħt din it-trade mark)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/25


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Monomeles Protodikeio Athinon- il-Greċja) – Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha vs Maria Patmanidi AE

    (Kawża C-535/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade marks - Dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), mingħajr il-permess tiegħu, ta’ prodotti li jaqgħu taħt din it-trade mark))

    2014/C 409/37

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Monomeles Protodikeio Athinon

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha

    Konvenuta: Maria Patmanidi AE

    Dispożittiv

    L-Artikoli 5 u 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, kif ukoll l-Artikoli 9 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-ewwel tqegħid fis-suq fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew fl-Unjoni Ewropea, mingħajr il-permess tiegħu, ta’ prodotti li jaqgħu taħt din it-trade mark


    (1)  ĠU C 377, 21.12.2013.


    Top