This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0394
Case C-394/13: Judgment of the Court (Ninth Chamber) of 11 September 2014 (request for a preliminary ruling from the Nejvyšší správní soud — Czech Republic) — Ministerstvo práce a sociálních věcí v B. (Reference for a preliminary ruling — Social security for migrant workers — Regulation (EEC) No 1408/71 and Regulation (EC) No 883/2004 — National legislation applicable — Determination of the competent Member State for the purpose of granting a family benefit — Situation in which a migrant worker and her family live in a Member State in which their centre of interest is located and family benefit has been paid — Application for family benefit in the Member State of origin after entitlement to benefits in the Member State of residence has expired — National legislation of the Member State of origin providing that such benefits are to be granted to any person registered as permanently resident in that State)
Kawża C-394/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal- 11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Ministerstvo práce a sociálních věcí vs B. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KE) Nru 883/2004 — Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli — Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja — Sitwazzjoni fejn il-ħaddiem migrant kif ukoll il-familja tiegħu jgħixu fi Stat Membru fejn huma għandhom iċ-ċentru ta’ interess tagħhom u fejn ġie riċevut benefiċċju tal-familja — Talba għal benefiċċju tal-familja fl-Istat Membru ta’ oriġini wara t-tmiem tad-dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta’ residenza — Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ oriġini li tipprevedi l-għoti ta’ tali benefiċċji lil kull persuna li għandha domiċilju rreġistrat f’dan l-Istat)

ĠU C 409, 17.11.2014, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Ministerstvo práce a sociálních věcí vs B.
(Kawża C-394/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KE) Nru 883/2004 - Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli - Determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja - Sitwazzjoni fejn il-ħaddiem migrant kif ukoll il-familja tiegħu jgħixu fi Stat Membru fejn huma għandhom iċ-ċentru ta’ interess tagħhom u fejn ġie riċevut benefiċċju tal-familja - Talba għal benefiċċju tal-familja fl-Istat Membru ta’ oriġini wara t-tmiem tad-dritt għall-benefiċċji fl-Istat Membru ta’ residenza - Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ oriġini li tipprevedi l-għoti ta’ tali benefiċċji lil kull persuna li għandha domiċilju rreġistrat f’dan l-Istat))
2014/C 409/22
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministerstvo práce a sociálních věcí
Konvenuta: B.
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li Stat Membru jitqies li huwa l-Istat kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja lil persuna għas-sempliċi fatt li din tal-aħħar għandha domiċilju rreġistrat fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, mingħajr ma din u l-membri tal-familja tagħha jaħdmu jew jirrisjedu b’mod abitwali fl-imsemmi Stat Membru. L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi wkoll li Stat Membru, li ma huwiex l-Istat kompetenti fir-rigward ta’ persuna kkunsidrata, jagħti benefiċċji tal-familja lil din, sakemm ma tkunx teżisti rabta preċiża u partikolarment mill-qrib bejn is-sitwazzjoni inkwistjoni u t-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru. |
2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li Stat Membru jitqies bħala l-Istat kompetenti sabiex jagħti benefiċċju tal-familja lil persuna għas-sempliċi fatt li din tal-aħħar għandha domiċilju rreġistrat fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru mingħajr ma hija u l-membri tal-familja tagħha jaħdmu jew jirrisjedu b’mod abitwali fl-imsemmi Stat Membru. |