Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0328

    Kawża C-328/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich – Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen ( “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozju jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozju — Obbligu għaċ-ċessjonarju li jżomm il-kundizzjonijiet ta’ xogħol miftiehma minn ftehim kollettiv sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim kollettiv ieħor — Kunċett ta’ ‘ftehim kollettiv’  — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ftehim kollettiv rexiss ikompli jipproduċi effetti sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ieħor” )

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Österreichischer Gewerkschaftsbund vs Wirtschaftskammer Österreich – Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

    (Kawża C-328/13) (1)

    ((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozju jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozju - Obbligu għaċ-ċessjonarju li jżomm il-kundizzjonijiet ta’ xogħol miftiehma minn ftehim kollettiv sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim kollettiv ieħor - Kunċett ta’ ‘ftehim kollettiv’ - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li ftehim kollettiv rexiss ikompli jipproduċi effetti sad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ieħor”))

    2014/C 409/21

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Österreichischer Gewerkschaftsbund

    Konvenuti: Wirtschaftskammer Österreich – Fachverband Autobus-, Luftfahrt- und Schifffahrtsunternehmungen

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu “kundizzjonijiet [ta’ xogħol] miftiehma [fi] ftehim kollettiv”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ xogħol stabbiliti permezz ta’ ftehim kollettiv, li jkomplu, abbażi tad-dritt ta’ Stat Membru, minkejja r-rexissjoni tal-imsemmi ftehim, iħallu l-effetti tagħhom fuq ir-relazzjonijiet ta’ xogħol li jirriżultaw minnu direttament qabel ma ntemm, sakemm l-imsemmija relazzjonijiet ta’ xogħol ma jiġux suġġetti għal ftehim kollettiv ġdid jew sakemm ma jiġix konkluż ftehim individwali mal-ħaddiema kkonċernati.


    (1)  ĠU C 274, 21.09.2013


    Top