Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0291

    Kawża C-291/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal- 11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Lefkosias – Ċipru) – Sotiris Papasavvas vs O Fileleftheros Dimosia Etaireia Ltd et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2000/31/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Kawża dwar malafama)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Lefkosias – Ċipru) – Sotiris Papasavvas vs O Fileleftheros Dimosia Etaireia Ltd et

    (Kawża C-291/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2000/31/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Kawża dwar malafama))

    2014/C 409/20

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Eparchiako Dikastirio Lefkosias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sotiris Papasavvas

    Konvenuti: O Fileleftheros Dimosia Etaireia Ltd, Takis Kounnafi, Giorgios Sertis

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (“Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jiġbor fi ħdanu servizzi li jipprovdu informazzjoni online li għalihom dak li jipprovdi servizz huwa rremunerat mhux mir-riċevitur, iżda mid-dħul iġġenerat mir-reklamar imxandar fuq is-sit tal-internet.

    2)

    Id-Direttiva 2000/31 ma tipprekludix, f’kawża bħall-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ responsabbiltà ċivili għal malafama.

    3)

    Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 ma jirrigwardawx il-każ ta’ kumpannija pubblikatriċi tal-istampa li għandha sit tal-internet li fuqu hija ppubblikata l-verżjoni elettronika ta’ gazzetta, fejn din il-kumpannija hija, barra minn hekk, irremunerata mid-dħul iġġenerat mir-riklamar kummerċjali mxandar fuq dan is-sit, peress li hija għandha konjizzjoni tal-informazzjoni ppubblikata u teżerċita kontroll fuqha, kemm jekk l-aċċess għall-imsemmi sit huwa bla ħlas jew bil-ħlas.

    4)

    Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili stabbiliti fl-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 jistgħu jiġu applikati fil-kuntest ta’ kawża bejn individwi li tirrigwarda r-responsabbiltà ċivili għal malafama, meta l-kundizzjonijiet imsemmija f’dawn l-artikoli jkunu sodisfatti.

    5)

    L-Artikoli 12 sa 14 tad-Direttiva 2000/31 ma jippermettux lil dak li jipprovdi servizz għas-soċjetà tal-informazzjoni li jipprekludi l-introduzzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja għar-responsabbiltà ċivili kontrih u, konsegwentement, l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji minn qorti nazzjonali. Il-limitazzjonijiet ta’ responsabbiltà previsti f’dawn l-artikoli jistgħu jiġu invokati minn dak li jipprovdi servizz skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jiżguraw it-traspożizzjoni tagħhom jew, fl-alternattiv, għall-finijiet ta’ interpretazzjoni skont dan. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, id-Direttiva 2000/31 ma tistax, minnha nfisha, toħloq obbligi fil-konfront ta’ individwu u ma tistax għaldaqstant tiġi invokata bħala tali kontrih.


    (1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


    Top