This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CA0088
Case C-88/13: Judgment of the Court (Second Chamber) of 11 September 2014 (request for a preliminary ruling from the Cour de cassation — Belgium) — Philippe Gruslin v Beobank SA, formerly Citibank Belgium SA (Reference for a preliminary ruling — Freedom of establishment — Freedom to provide services — Undertakings for collective investment in transferable securities (UCITS) — Directive 85/611/EEC — Article 45 — Concept of ‘payments to unit-holders’ — Delivery to unit-holders of certificates for registered units)
Kawża C-88/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Philippe Gruslin vs Beobank SA, li qabel kienet Citibank Belgium SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) — Direttiva 85/611/KEE — Artikolu 45 — Kunċett ta’ “pagamenti lil titolari [detenturi] ta’ unitajiet” — Kunsinna ta’ ċertifikati ta’ unitajiet lid-detenturi ta’ unitajiet)

ĠU C 409, 17.11.2014, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – il-Belġju) – Philippe Gruslin vs Beobank SA, li qabel kienet Citibank Belgium SA
(Kawża C-88/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) - Direttiva 85/611/KEE - Artikolu 45 - Kunċett ta’ “pagamenti lil titolari [detenturi] ta’ unitajiet” - Kunsinna ta’ ċertifikati ta’ unitajiet lid-detenturi ta’ unitajiet))
2014/C 409/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Philippe Gruslin
Konvenuta: Beobank SA, li qabel kienet Citibank Belgium SA
Dispożittiv
L-obbligu previst fl-Artikolu 45 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), kif emendata bid-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 1995, li skontu impriża ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli li tqiegħed fis-suq l-unitajiet tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak li fih tinsab hija obbligata tiżgura li jsiru l-pagamenti lid-detenturi ta’ unitajiet fl-Istat Membru tat-tqegħid fis-suq, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix il-kunsinna, lid-detenturi ta’ unitajiet, ta’ ċertifikati li jirrappreżentaw l-unitajiet li jkunu rreġistrati f’isimhom fir-reġistru tad-detenturi ta’ unitajiet miżmum mill-emittent.