Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0034

    Kawża C-34/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – Monika Kušionová vs SMART Capital, a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum — Artikolu 1(2) — Klawżola li tirrifletti dispożizzjoni leġiżlattiva mandatorja — Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva — Artikoli 3(1), 4, 6(1) u 7(1) — Garanzija tad-dejn permezz ta’ garanzija fuq proprjetà immobbli — Possibbiltà li din il-garanzija tiġi eżegwita permezz ta’ bejgħ b’irkant — Stħarriġ ġudizzjarju)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – Monika Kušionová vs SMART Capital, a.s.

    (Kawża C-34/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum - Artikolu 1(2) - Klawżola li tirrifletti dispożizzjoni leġiżlattiva mandatorja - Kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva - Artikoli 3(1), 4, 6(1) u 7(1) - Garanzija tad-dejn permezz ta’ garanzija fuq proprjetà immobbli - Possibbiltà li din il-garanzija tiġi eżegwita permezz ta’ bejgħ b’irkant - Stħarriġ ġudizzjarju))

    2014/C 409/09

    Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

    Qorti tar-rinviju

    Krajský súd v Prešove

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Monika Kušionová

    Konvenuta: SMART Capital, a.s.

    Dispożittiv

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-irkupru ta’ dejn, ibbażat fuq klawżoli kuntrattwali eventwalment inġusti, permezz tal-eżekuzzjoni extraġudizzjarja ta’ garanzija fuq il-proprjetà immobbli mogħtija b’garanzija mill-konsumatur, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma tagħmilx prattikament impossibbli jew esklużivament diffiċli s-salvagwardja tad-drittijiet li din id-direttiva tagħti lill-konsumatur, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    2)

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali, li tinsab f’kuntratt konkluż minn bejjiegħ jew fornitur ma’ konsumatur, hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva biss jekk l-imsemmija klawżola kuntrattwali tirrifletti l-kontenut mandatorju ta’ liġi jew ta’ regolament, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 141, 18.5.2013


    Top