Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0204

    Kawżi magħquda C-204/12 sa C-208/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 11 ta’ Settembru 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema ta’ appoġġ reġjonali li tipprevedi l-għoti ta’ ċertifikati ħodor negozjabbli għall-installazzjonijiet li jinsabu fir-reġjun ikkonċernat li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli — Obbligu għall-fornituri tal-elettriku li kull sena jippreżentaw lill-awtorità kompetenti ċerta kwota ta’ ċertifikati — Rifjut li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-garanziji ta’ oriġini li joriġinaw minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u minn Stati kontraenti tal-Ftehim ŻEE — Multa amministrattiva fil-każ ta’ nuqqas li jiġu ppreżentati ċ-ċertifikati — Direttiva 2001/77/KE — Artikolu 5 — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikolu 28 KE — Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim ŻEE — Direttiva 2003/54/KE — Artikolu 3)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel – il-Belġju) – Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt

    (Kawżi magħquda C-204/12 sa C-208/12) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema ta’ appoġġ reġjonali li tipprevedi l-għoti ta’ ċertifikati ħodor negozjabbli għall-installazzjonijiet li jinsabu fir-reġjun ikkonċernat li jipproduċu elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Obbligu għall-fornituri tal-elettriku li kull sena jippreżentaw lill-awtorità kompetenti ċerta kwota ta’ ċertifikati - Rifjut li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-garanziji ta’ oriġini li joriġinaw minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u minn Stati kontraenti tal-Ftehim ŻEE - Multa amministrattiva fil-każ ta’ nuqqas li jiġu ppreżentati ċ-ċertifikati - Direttiva 2001/77/KE - Artikolu 5 - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 28 KE - Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim ŻEE - Direttiva 2003/54/KE - Artikolu 3))

    2014/C 409/03

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Essent Belgium NV

    Konvenuta: Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt

    fil-preżenza ta’: Vlaams Gewest, Vlaamse Gemeenschap (C-204/12, C-206/12 u C-208/12),

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-suq intern tal-elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix skema ta’ appoġġ nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-għoti, mill-awtorità regolatorja reġjonali kompetenti, ta’ ċertifikati negozjabbli fir-rigward ta’ elettriku aħdar prodott fit-territorju tar-reġjun ikkonċernat u li tissuġġetta lill-fornituri tal-elettriku għal obbligu li jippreżentaw, kull sena, lill-imsemmija awtorità, taħt piena ta’ multa amministrattiva, ċerta kwantità ta’ tali ċertifikati li jikkorrispondu għal proporzjon mill-elettriku totali tagħhom f’dan ir-reġjun, mingħajr ma l-imsemmija fornituri jkunu awtorizzati jissodisfaw l-imsemmi obbligu bl-użu ta’ garanziji ta’ oriġini li joriġinaw minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew Stati terzi membri taż-Żona Ekonomika Ewropea.

    2)

    L-Artikoli 28 KE u 30 KE kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludix skema ta’ appoġġ nazzjonali, bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv, sakemm:

    jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jiżguraw l-implementazzjoni ta’ suq ġenwin ta’ ċertifikati fejn l-offerta u d-domanda effettivament ikunu jistgħu jiġu ssodisfatti u jkunu bbilanċjati, b’mod li jkun effettivament possibbli għall-fornituri kkonċernati li jiksbu ċertifikati taħt kundizzjonijiet ġusti;

    il-metodu ta’ kalkolu u l-ammont tal-multa amministrattiva li għandha titħallas mill-fornituri li ma jkunux issodisfaw dan l-obbligu jiġu stabbiliti b’mod li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-finijiet li jinċentivaw lill-produtturi jżidu effettivament il-produzzjoni tagħhom ta’ elettriku aħdar u lill-fornituri suġġetti għall-imsemmi obbligu li jiksbu effettivament iċ-ċertifikati meħtieġa, billi jevitaw, b’mod partikolari, li jippenalizzaw l-imsemmija fornituri b’mod li jkun eċċessiv.

    3)

    Ir-regoli ta’ nondiskriminazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 18 TFUE, fl-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, u fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/54 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE rispettivament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux skema ta’ appoġġ nazzjonali bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.


    (1)  ĠU C 227, 28.07.2012


    Top