EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0630

Kawża T-630/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – DK Recycling und Roheisen vs Il-Kummissjoni (“Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’gassijiet serra — Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 — Deċiżjoni 2011/278/UE — Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja — Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi — Libertà tal-intrapriża — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità”)

ĠU C 395, 10.11.2014, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – DK Recycling und Roheisen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/13) (1)

((“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’gassijiet serra - Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 - Deċiżjoni 2011/278/UE - Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja - Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi - Libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità”))

(2014/C 395/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: DK Recycling und Roheisen (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Altenschmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, C. Hermes u K Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjonijiet bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni DE000000000001320 u DE-new-14220-0045 fil-lista tal-installazzjonijiet prevista fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u l-kwantitajiet annwali totali provviżorji tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa annullat sa fejn jiċħad l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-installazzjonijiet elenkati fil-Punt D tal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni, fuq il-bażi ta’ ta’ komponenti ta’ sistema għal emissjonijiet minn proċess ta’ produzzjoni għall-produzzjoni taż-żingu fil-kalkara ta’ funderija u l-proċessi ta’ produzzjoni konnessi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


Top