Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0086

    Kawża T-86/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Grazyte vs Il-Kummissjoni [“Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Perijodu deċennali ta’ referenza — Funzjonijiet f’organizzazzjoni internazzjonali”]

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/43


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Grazyte vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-86/13 P) (1)

    ([“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Perijodu deċennali ta’ referenza - Funzjonijiet f’organizzazzjoni internazzjonali”])

    (2014/C 395/52)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Diana Grazyte (Utena, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Guarino, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Joris, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Diċembru 2012, Grazyte vs Il-Kummissjoni (F-76/11, ĠabraSP, EU:F:2012:173), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Diana Grazyte għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


    (1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


    Top