Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0474

    Kawża T-474/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Giorgis vs UASI – Comigel (Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/40


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Giorgis vs UASI – Comigel (Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati)

    (Kawża T-474/12) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

    (2014/C 395/48)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Giorgio Giorgis (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: I. Prado u A. Tornato, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Comigel SAS (Saint-Julien-Lès-Metz, Franza) (rappreżentanti: S. Guerlain, J. Armengaud u C. Mateu, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1301/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Comigel SAS u G. Giorgis.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    G. Giorgis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 9, 12.01.2013.


    Top