Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0199

    Kawża T-199/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Euro-Link Consultants u European Profiles vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Proġett ta’ sostenn u ta’ diversifikazzjoni tat-turiżmu fil-Krimea — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Rikors għal annullament — Att li ma jistax ikun suġġett għal rikors — Att konfermattiv — Inammissibbiltà parzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterji ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Ugwaljanza fit-trattament”)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Euro-Link Consultants u European Profiles vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-199/12) (1)

    ((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Proġett ta’ sostenn u ta’ diversifikazzjoni tat-turiżmu fil-Krimea - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Att li ma jistax ikun suġġett għal rikors - Att konfermattiv - Inammissibbiltà parzjali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterji ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Ugwaljanza fit-trattament”))

    (2014/C 395/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Euro-Link Consultants Srl (Bucharest, ir-Rumanija); u European Profiles AE Meleton kai Symvoulon Epicheiriseon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Bartelt u A. Bordes, sussegwentement S. Bartelt u M. Konstantinidis, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Ukraina, tat-28 ta’ Frar 2012, mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti ristretta EuropeAid/131567/C/SER/UA, “Proġett ta’ sostenn u ta’ diversifikazzjoni tat-turiżmu fil-Krimea”, li ma tagħtix il-kuntratt lill-konsorzju tar-rikorrenti, kif ukoll tad-deċiżjonijiet wara ċ-ċaħda tal-ilmenti tagħhom meħuda fl-14 ta’ Marzu 2012 mill-istess awtorità u fit-2 ta’ Mejju 2012 mid-Direttur tad-Direttorat “Viċinat” tad-Direttorat Ġenerali “Żvilupp u kooperazzjoni – EuropeAid” tal-Kummissjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Euro-Link Consultants Srl u European Profiles AE Meleton kai Symvoulon Epicheiriseon huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 209, 14.07.2012


    Top