Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0132

    Kawża T-132/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2014 – Scooters India vs UASI – Brandconcern (LAMBRETTA) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali LAMBRETTA — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2014 – Scooters India vs UASI – Brandconcern (LAMBRETTA)

    (Kawża T-132/12) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali LAMBRETTA - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2014/C 395/42)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Scooters India Ltd (Lucknow, l-Indja) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brandconcern BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. Casucci u N. Ferretti, avukati)

    Suġġett

    Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2012, (Każ R 2308/2010-1) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Brandconcern BV u Scooters India Ltd.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Jannar 2012, (Każ R 2308/2010-1) hija annullata.

    2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti minn Scooters India Ltd, inkluż għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    3)

    Brandconcern BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 165, 9.6.2012.


    Top