Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0591

    Kawża T-591/14: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Awwissu 2014 – BSH vs UASI (PerfectRoast)

    ĠU C 351, 6.10.2014, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 351/24


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – BSH vs UASI (PerfectRoast)

    (Kawża T-591/14)

    2014/C 351/30

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 359/2014-5;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu stess u għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PerfectRoast” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 73  902

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top