Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0579

    Kawża T-579/14: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ Awwissu 2014 – Birkenstock Sales vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje)

    ĠU C 351, 6.10.2014, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 351/20


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – Birkenstock Sales vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje)

    (Kawża T-579/14)

    2014/C 351/25

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Birkenstock Sales GmbH (Vettelschoß, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker und V. Töbelmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1952/2013-1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ superfiċje għal prodotti fil-klassijiet 10, 18 u 25 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 32  742

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top