This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0238
Case C-238/14: Action brought on 13 May 2014 — European Commission v Grand Duchy of Luxembourg
Kawża C-238/14: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Kawża C-238/14: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
ĠU C 235, 21.7.2014, pp. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/10 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-238/14)
2014/C 235/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Martin, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
|
— |
tikkonstata li billi żamm derogi mill-miżuri intiżi sabiex jipprevjenu użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi mogħtija lill-ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt il-klawżola 5 tal-anness tad-Direttiva 1999/70/KE dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1); |
|
— |
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Billi żamm derogi mill-miżuri intiżi sabiex jipprevjenu użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat suċċessivi mogħtija lill-ħaddiema intermittenti tal-ispettaklu, il-Lussemburgu kiser il-klawżola 5 tal-ftehim qafas.
Il-Kummissjoni tqis li għal din il-kategorija ta’ ħaddiema, id-dritt Lussemburgiż ma jipprevedi ebda raġuni objettiva li tippermetti li jiġi pprevenut użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, fatt li jikkostitwixxi ksur tal-klawżola 5(1)(a) tal-anness tal-ftehim qafas inkwistjoni.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.