Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XG0718(01)

Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta’ Tuchola N

ĠU C 232, 18.7.2014, pp. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/6


Komunikazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu tal-awtorizzazzjoni għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi fiż-żona ta’ Tuchola N

2014/C 232/09

Il-proċedura għandha x’taqsam mal-għoti ta’ konċessjonijiet għall-ipprospettar jew għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali fiż-żona ta’ Tuchola N, fil-provinċji ta’ kujawsko-pomorskie, pomorskie u zachodniopomorskie:

Isem

Il-blokka ta’ konċessjoni

it-tqassim tal-1992

X

[m]

Y

[m]

Tuchola N

f’partijiet tal-blokki: 66, 67, 86, 87, 88, 108, 107, 128, 109, 129

683 970,0

355 934,0

683 319,7

378 508,3

660 689,4

410 177,5

624 049,8

463 163,2

615 522,0

457 159,0

633 748,0

431 135,0

626 638,5

427 454,6

626 690,9

424 108,4

632 462,8

424 201,0

636 543,4

426 512,3

653 317,4

403 302,6

650 177,7

400 894,4

654 932,9

400 994,8

655 083,2

39 117,9

666 983,8

394 386,9

667 194,7

385 440,8

675 337,0

385 619,0

675 804,0

369 243,0

674 937,0

368 579,0

671 991,1

368 495,8

679 751,1

355 587,9

L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.

L-applikazzjonijiet tal-konċessjoni jridu jitressqu fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent sa mhux aktar tard minn nofsinhar CET/CEST dakinhar meta jintemm il-perjodu ta’ mitt ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu jingħarblu skont dawn il-kriterji:

(a)

it-teknoloġija proposta għall-ħidma (50 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (40 %);

(c)

il-miżata proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %).

Il-miżata minima għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri għaż-żona ta’ Tuchola N hi:

1)

fil-każ tal-ipprospettar ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali:

waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 131 778,20 kull sena;

għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 158 133,85 kull sena;

għas-sitt sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 184 489,48 kull sena;

2)

fil-każ tal-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali:

waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 263 556,41 kull sena;

għar-raba’ u l-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 316 267,70 kull sena;

għas-sitt sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 368 978,98 kull sena;

3)

fil-każ tal-ipprospettar u tal-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali:

waqt perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 263 556,41 kull sena;

għas-sitt, għas-seba’ u għat-tmien sena ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 316 267,70 kull sena;

għad-disa’ sena u s-snin sussegwenti ta’ validità tal-kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri: PLN 368 978,98 kull sena.

L-applikazzjoni jinfetħu fil-pubbliku fl-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru għall-Ambjent f’nofsinhar CET/CEST tal-erbatax-il ġurnata tax-xogħol wara li tiskadi s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni se tintemm fi żmien sitt xhur wara li tiskadi s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu avviż bil-miktub bir-riżultati tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom isiru bil-Pollakk.

L-awtorità tal-liċenzji se tagħti l-konċessjonijiet għall-ipprospettar u għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ żejt u gass naturali lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u se tikkonkludi kuntratt tal-użufrutt tal-minjieri miegħu.

Sabiex tkun tista’ twettaq attività li tinvolvi l-ippospettar u/jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja, il-kumpanija inkwistjoni għandu jkollha kemm id-drittijiet tal-użufrutt tal-minijieri kif ukoll konċessjoni.

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lil:

Il-Ministeru għall-Ambjent,

id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u l-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Jista’ jinkiseb aktar tagħrif minn:

il-websajt tal-Ministeru għall-Ambjent:

www.mos.gov.pl

Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u l-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi,

il-Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449

Feks +48 225792460

e-Mail: dgikg@mos.gov.pl

Bl-approvazzjoni ta’:

Sławomir M. BRODZIŃSKI

il-Ġeoloġista Kap tal-Istat


Top