This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0521
Case C-521/12: Judgment of the Court (Second Chamber) of 15 May 2014 (request for a preliminary ruling from the Raad van State (Netherlands)) — T.C. Briels and Others v Minister van Infrastructuur en Milieu (Environment — Directive 92/43/EEC — Article 6(3) and (4) — Conservation of natural habitats — Special areas of conservation — Assessment of the implications for a protected site of a plan or project — Authorisation for a plan or project on a protected site — Compensatory measures — Natura 2000 site Vlijmens Ven, Moerputten & Bossche Broek — Project on the route of the A2 ‘s-Hertogenbosch-Eindhoven motorway)
Kawża C-521/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – T.C. Briels et vs Minister van Infrastructuur en Milieu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) u (4) — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett — Miżuri kumpensatorji — Sit Natura 2000 “Vlijmens Ven, Moerputten & Bossche Broek” — Proġett tar-rotta tal-awtostrada A2 ‘’s-Hertogenbosch-Eindhoven)
Kawża C-521/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – T.C. Briels et vs Minister van Infrastructuur en Milieu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) u (4) — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett — Miżuri kumpensatorji — Sit Natura 2000 “Vlijmens Ven, Moerputten & Bossche Broek” — Proġett tar-rotta tal-awtostrada A2 ‘’s-Hertogenbosch-Eindhoven)
ĠU C 212, 7.7.2014, pp. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
7.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 212/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – T.C. Briels et vs Minister van Infrastructuur en Milieu
(Kawża C-521/12) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(3) u (4) - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett - Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett - Miżuri kumpensatorji - Sit Natura 2000 “Vlijmens Ven, Moerputten & Bossche Broek” - Proġett tar-rotta tal-awtostrada A2 ‘’s-Hertogenbosch-Eindhoven))
2014/C 212/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T. C. Briels, M. Briels-Loermans, R. L. P. Buchholtz, Stichting A2-Platform Boxtel e.o.et, H. W. G. Cox, G. P. A. Damman, P. A. M. Goevaers et, J. H. van Haaren, L. S. P. Dijkman, R. A. H. M. Janssen, M. M. van Lanschot, J. E. A. M. Lelijveld et, A. Mes et, A. J. J. Michels, VOF Isphording et, M. Peijnenborg, S. Peijnenborg-van Oers, G. Oude Elferink, W. Punte, P. M. Punte-Cammaert, Stichting Reinier van Arkel, E. de Ridder, W. C. M. A. J. G. van Rijckevorsel, M. van Rijckevorsel-van Asch van Wijck, Vereniging tot Behoud van het Groene Hart van Brabant, Stichting Boom en Bosch, Stichting Overlast A2 Vught e.o., Streekraad Het Groene Woud en De Meijerij, A. C. M. W. Teulings, Stichting Bleijendijk, M. Tilman, Vereniging van Eigenaars Appartementengebouw De Heun I et, M. C. T. Veroude, E. J. A. M. Widlak, Van Roosmalen Sales BV et, M. A. A. van Kessel, Bricorama BV et.
Konvenut: Minister van Infrastructuur en Milieu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Raad van State – Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) – Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett – Kundizzjonijiet – Kunċett “ta’ affettwar ħażin tal-integrità tas-sit konċernat”.
Dispożittiv
L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li pjan jew proġett li ma huwiex direttament marbut jew neċessarju għat-tmexxija ta’ sit ta’ importanza Komunitarja, li għandu effetti negattivi fuq tip ta’ habitat naturali preżenti fuq dan tal-aħħar u li jipprevedi miżuri għall-iżvilupp ta’ medda ta’ daqs identiku jew superjuri ta’ dan it-tip ta’ habitat fuq dan is-sit, jaffettwa l-integrità tal-imsemmi sit. Jekk ikun il-każ, tali miżuri ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “miżuri kumpensatorji”, fis-sens tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, ħlief sa fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fih.