This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0628(01)
Decision of the Bureau of the European Parliament of 16 June 2014 amending the Implementing Measures for the Statute for Members of the European Parliament
Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2014 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew
Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Ġunju 2014 li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew
ĠU C 200, 28.6.2014, pp. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2024; Impliċitament imħassar minn 32024D02814
|
28.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/56 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-16 ta’ Ġunju 2014
li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew
(2014/C 200/02)
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 23 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
B’konfomita’ mal-Artikolu 69(2) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (“il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni”), l-ammont massimu ta’ kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-assistenza parlamentari għandu jiġi marbut mal-indiċi skont l-aġġustamenti għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2014 jistipula li l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-2011 u l-2012 huwa 0 % u 0,8 %, rispettivament. Barra minn hekk, bħala parti mill-kompromess politiku dwar ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni, kien ġie deċiż li r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet għas-snin 2013 u 2014 ikunu ffriżati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 33 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“4. |
L-ammont massimu kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-membri kollha tal-istaff personali msemmija fl-Artikolu 34 għandu jkun EUR 21 379 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012.”. |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad- 9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 423/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (ĠU L 129, 30.4.2014, p. 12).