Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC0507(01)R(01)

Rettifika għas-Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2013 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 — UPS/TNT Express) (notifikata bid-dokument numru C (2013) 431 finali) ( ĠU C 137, 7.5.2014 )

ĠU C 187, 19.6.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/14


Rettifika għas-Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2013 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u t-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 — UPS/TNT Express) (notifikata bid-dokument numru C (2013) 431 finali)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 137 tas-7 ta’ Mejju 2014 )

2014/C 187/10

Fil-paġna 12, il-paragrafu 33 għandu jinqara kif ġej:

“33.

Il-Kummissjoni qablet li l-effiċjenzi kienu speċifiċi għall-fużjoni, iżda hija kkonfermat bħala verifikabbli biss l-iffrankar tal-kostijiet relatati mat-trasport Ewropew bin-netwerk tal-ajru u tal-art, li jirriżulta matul l-ewwel tliet snin wara t-tlestija tal-Fużjoni, li rispettivament jammonta għal EUR [...] miljun, għas-sinerġiji tan-netwerk tal-ajru intra-Ewropew u għal EUR [...] miljun għat-trasport bl-art. Dan l-iffrankar kien allokat fuq livell ta’ pajjiż b’pajjiż ibbażat fuq il-volum tal-UPS u d-dejta tal-kost fuq il-livell ta' korsija. Sabiex isir estimu fuq ir-rata tal-infiltrazzjoni tat-tibdil fil-kostijiet varjabbli għall-konsumaturi, il-Kummissjoni użat l-estimu tal-impatt tal-medja totali tat-tibdil tal-kostijiet fuq il-prezz ta’ servizzi ta’ konsenja express internazzjonali fiż-ŻEE pprovdut mill-partijiet wara analiżi tal-konċentrazzjoni tal-prezzijiet tagħhom.' Fid-dawl tal-istruttura tal-kost tal-Partijiet, dan jista' jkun ikkunsidrat bħala estimu għoli wisq tat-trasferiment tal-kostijiet varjabbli.”


Top