Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XX0507(01)

Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2013 fir-rigward ta’ abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Kawża COMP/M.6570 — UPS/TNT Express — Relatur: L-Awstrija

7.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/3


Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2013 fir-rigward ta’ abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Kawża COMP/M.6570 — UPS/TNT Express

Relatur: L-Awstrija

2014/C 137/03

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodott rilevanti u ġeografiċi kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.

Partikolarment, il-Kumitat Kosultattiv jaqbel li hemm suq separat għal servizzi ta’ kunsinna mgħaġġla intra-ŻEE (internazzjonali) li huwa f’dimesnjoni nazzjonali.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq ikkonċernati fl-oqsma ta’: (1) merkanzija bl-ajru, (2) trasport ta’ merkanzija, u (3) loġistika tal-kuntratti.

6.

Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata, kif proposta oriġinalment mill-partijiet li qed jinnotifikaw, x’aktarx se tqajjem effetti orizzontali mhux koordinati l-ifixklu b’mod sinifikanti kompetizzjoni effettiva fis-swieq għal servizzi ta’ kunsinna mgħaġġla intra-ŻEE fil-pajjizi li ġejjin:

Il-Bulgarija,

Ir-Repubblika Ċeka,

Id-Danimarka,

L-Estonja,

Il-Finlandja,

L-Ungerija,

Il-Latvja,

Il-Litwanja,

Malta,

Il-Pajjiż l-Baxxi,

Il-Polonja,

Ir-Rumanija,

Is-Slovakkja,

Is-Slovenja,

L-Isvezja.

7.

Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni tal-effiċjenzi, partikolarment il-kalkolu tal-valur nett kontra ż-żieda tal-prezz stmat, u l-konklużjoni li mhumiex ta’ natura li jaġixxu kontra t-tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva li tirriżulta minn tranżazzjoni notifikata fis-swieq identifikati fil-punt ta’ qabel.

8.

Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li minħabba n-numru limitat ħafna ta’ xerrejja potenzjalment xierqa għal kwalunkwe negozju ċedut kienu meħtieġa jew akkwirent inizjali jew soluzzjoni fix-it-first.

9.

Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti mill-parti li tinnotifika fid-29 ta’ Novembru 2012, kif modifikati fis-16 ta’ Diċembru 2012 u fit-3 ta’ Jannar 2013, ma jindirizzawx it-tħassib tal-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni u mhumiex se jeliminaw it-tfixkil sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva li tirriżulta mit-tranżazzjoni notifikata.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u l-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikoli 2(3) u 8(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.


Top