This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/099/05
Prior notification of a concentration (Case M.7218 — Brookfield/APMTNA/APMT Elizabeth) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.7218 — Brookfield/APMTNA/APMT Elizabeth) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Kawża M.7218 — Brookfield/APMTNA/APMT Elizabeth) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 99, 4.4.2014, pp. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
4.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/36 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.7218 — Brookfiled/APMTNA/APMT Elizabeth)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 99/05
|
1. |
Fis-27 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-intrapriżi Brookfield Infrastructure Fund GP II LLC (“Brookfield”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Brookfield Asset Management Inc. (Kanada), u APM Terminals North America Inc. (“APMTNA”, l-Istati Uniti), ikkontrollati huma stess minn A.P. Møller-Mærsk A/S (Danimarka), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet kontroll konġunt tal-intrapriża APM Terminals Elizabeth, LLC (“APMT Elizabeth”, l-Istati Uniti) permezz tax-xiri tal-ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet tan-negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks +32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7218 — Brookfiled/APMTNA/APMT Elizabeth, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.