Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0002

Kawża F-2/14: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Jannar 2014 — ZZ u ZZ vs Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

ĠU C 61, 1.3.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/22


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2014 — ZZ u ZZ vs Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

(Kawża F-2/14)

2014/C 61/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li ma eżaminatx is-segwitu għall-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra tnejn mill-kollegi tagħhom bħala riżultat tad-dikjarazzjoni konġunta malafamanti tagħhom u li jiġi kkunsidrat li ma kienx hemm lok li jittieħdu l-miżuri li kienu xierqa skont l-obbligu tagħha li tassisti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li tagħlaq mingħajr segwitu t-talba tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 24 kontra tnejn mill-kollegi tagħhom;

jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tħallas lir-rikorrenti, bħala dannu morali, EUR 01 provviżorju fuq id-dannu evalwat għal EUR 100 000;

jikkundanna lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-ispejjeż.


Top