Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0383

    Kawża C-383/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 14 ta’ Novembru 2013 — Environmental Manufacturing LLP vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Société Elmar Wolf (Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li fihom l-elementi verbali “WOLF Jardin” u “Outils WOLF” — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Preġudizzju għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) — Bidla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju — Oneru tal-prova)

    ĠU C 9, 11.1.2014, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013 — Environmental Manufacturing LLP vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Société Elmar Wolf

    (Kawża C-383/12 P) (1)

    (Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li fihom l-elementi verbali “WOLF Jardin” u “Outils WOLF” - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Preġudizzju għall-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) - Bidla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju - Oneru tal-prova)

    2014/C 9/16

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Environmental Manufacturing LLP (rappreżentanti: M. Atkins, solicitor, K. Shadbolt, avukat, S. Malynicz, barrister)

    Partjiiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) Société Elmar Wolf

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 — Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (T-570/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta r-ras ta’ lupu, għal prodotti fil-klassi 7, kontra d-deċiżjoni R 425/2010-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-6 ta’ Ottubru 2010, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “WOLF Jardin” u “Outils WOLF”, għall-prodotti fil-klassijiet 1, 5, 7, 8, 12, 13 u 31 — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Preġudizzju għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti

    Dispożittiv

    (1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta’ Mejju 2012, Environmental Manufacturing vs UASI — Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu) (T-570/10), hija annullata.

    (2)

    Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 331, 27.10.2012.


    Top