Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0315

    Kawża T-315/13: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ April 2013 — Kompas MTS vs Il-Parlament et

    ĠU C 233, 10.8.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 233, 10.8.2013, p. 7–7 (HR)

    10.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 233/12


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2013 — Kompas MTS vs Il-Parlament et

    (Kawża T-315/13)

    2013/C 233/20

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kompas mejni turistični servis d.d. (Kompas MTS d.d.) (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: J. Tischler, avukat)

    Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallas somma ta’ EUR 846 000 kif ukoll interessi li jammontaw għal 8 % jew tikkonstata l-eżistenza ta’ dritt għal danni fir-rigward tal-Unjoni Ewropea;

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti titlob danni b’mod partikolari minħabba l-adozzjoni tal-Artikolu 5(6)(e) tad-Direttiva 2001/37/KE (1). Hija tqis li s-sempliċi adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni setgħet tippermetti li l-leġiżlatur Awstrijak jillimita l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk li ma humiex bil-lingwa Ġermaniża. Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li din ir-restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni kienet dovuta għall-adozzjoni tad-Direttiva 2001/37, li permezz tagħha l-konvenuti kisru l-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u d-dritt fundamentali għal proprjetà kif ukoll għal-libertà tal-intrapriża.


    (1)  Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).


    Top