Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 62013CN0172

Kawża C-172/13: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

ĠU C 207, 20.7.2013, σ. 3-4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 20.7.2013, σ. 2-2 (HR)

20.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/3


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-172/13)

2013/C 207/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (irrappreżentata minn: W. Roels, R. Lyal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tiddikjara li, permezz tal-impożizzjoni tal-kundizzjonijiet fuq it-tnaqqis tal-obbligi ta’ grupp transkonfinali li jagħmluha virtwalment impossibbli fil-prattika sabiex tinkiseb dan it-tnaqqis tal-obbligi u billi għamel restrizzjoni għall-perijodi wara l-1 ta’ April 2006, ir-Renju Unit naqas li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

tikkundanna lir-Renju Unit għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C-446/03, Ġabra p. I-10837), ir-Renju Unit emenda l-leġiżlazzjoni tiegħu li tirregola l-mod li bih it-telfiet subiti minn kumpanniji li huma membri ta’ grupp jistgħu jiġu ttrasferiti u użati minn membru ieħor tal-grupp sabiex titnaqqas ir-responsabbiltà tat-taxxa tiegħu (regoli fuq it-tnaqqis tal-obbligi ta’ grupp). Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-telfiet ta’ kumpanniji mhux residenti issa jinsabu fil-Parti 5 tal-Corportation Tax Act 2010.

Skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit issa fis-seħħ, kumpannija ta’ grupp tista’ tikseb kreditu ta’ taxxa għat-telfiet ta’ membru ta’ grupp mhux residenti biss jekk dan tal-aħħar ma jkollu ebda possibbiltà ta’ tnaqqis tal-obbligi fl-Istat ta’ residenza tiegħu. Fir-rigward tal-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-obbligi futur l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tagħmilha virtwalment impossibbli li tintwera osservanza ma’ dik il-kundizzjoni, billi dik il-possibbiltà għandha tiġi stabbilita “fiż-żmien minnufih wara t-tmiem” tas-sena ta’ taxxa li fiha jkun ġie subit it-telf. Dik il-kundizzjoni hija, għall-iskopijiet prattiċi kollha, impossibbli li tintlaħaq. Minn dan isegwi li l-leġiżlazzjoni tipprekludi kwalunkwe tnaqqis tal-obbligi għat-telfiet ta’ sussidjarja mhux residenti, għall-kuntrarju tal-libertà ta’ stabbiliment kif interpretat fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Diċembru 2005,Marks & Spencer.

It-tieni nett, ir-regoli l-ġodda fuq it-tnaqqis tal-obbligi ta’ grupp għal telfiet minn barra l-pajjiż japplikaw biss għat-telfiet subiti wara l-1 ta’ April 2006, id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawk ir-regoli. Dik il-limitazzjoni ratione temporis (jiġifieri, l-esklużjoni tat-tnaqqis tal-obbligi taħt il-leġiżlazzjoni għat-telfiet subiti qabel dik id-data) tmur kontra l-libertà ta’ stabbiliment.


Επάνω