Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex
Dokument C2013/176/05
Call for proposals IX-2014/01 — ‘Grants to political parties at European level’
Sejħa għall-proposti IX-2014/01 – “Għotjiet lill-partiti politiċi f'livell Ewropew”
Sejħa għall-proposti IX-2014/01 – “Għotjiet lill-partiti politiċi f'livell Ewropew”
ĠU C 176, 21.6.2013, s. 13—17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 176/13 |
Sejħa għall-proposti IX-2014/01 – “Għotjiet lill-partiti politiċi f'livell Ewropew”
2013/C 176/05
Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partiti politiċi f'livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ regolamenti, ir-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew imsemmija fl-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom.
F’dan il-kuntest, il-Parlament qed iniedi sejħa għall-proposti bil-għan li jinħarġu għotjiet lill-partiti politiċi fil-livell Ewropew.
1. Att ta’ bażi
Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003”) dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (1).
Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2004 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (minn hawn ’il quddiem “id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004”) (2).
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) (3).
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn ‘il quddiem “Regoli ta’ Applikazzjoni”) (4).
2. Objettiv
Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, “il-Parlament Ewropew jippubblika kull sena, qabel it-tmiem tal-ewwel sitt xhur, sejħa għall-proposti biex jingħataw għotjiet li jiffinanzjaw lill-partiti u lill-fondazzjonijiet fil-livell Ewropew”.
Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna applikazzjonijiet għall-għotjiet għas-sena finanzjarja 2014 li tkopri l-perjodu ta’ attività mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Diċembru 2014. L-objettiv tal-għotja huwa li tirfed il-programm ta’ ħidma annwali tal-benefiċjarju.
3. Ammissibbiltà
L-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli sakemm ma jitressqux bil-miktub fil-formola ta’ applikazzjoni għall-għotja kif tidher fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004 u sakemm ma jintbagħtux lill-President tal-Parlament Ewropew sad-data tal-għeluq.
4. Kriterji u dokumenti ġustifikattivi
4.1. Kriteriji tal-eliġibbiltà
Biex ikun eliġibbli għal għotja, partit politiku fil-livell Ewropew jeħtieġlu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, jiġifieri:
(a) |
irid ikollu personalità ġuridika fl-Istat Membru li fih għandu s-sede tiegħu; |
(b) |
irid ikun rappreżentat, f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, minn Membri tal-Parlament Ewropew jew fil-Parlamenti nazzjonali jew Parlamenti reġjonali jew fl-assemblej reġjonali, jew irid ikun irċieva, f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, tal-anqas tlieta fil-mija tal-voti espressi f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fl-elezzjonijiet l-aktar reċenti tal-Parlament Ewropew; |
(c) |
għandu josserva, partikolarment fil-programm tiegħu u fl-attivitajiet tiegħu, il-prinċipji li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u r-regola tal-liġi; |
(d) |
għandu jkun ipparteċipa f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, jew esprima l-intenzjoni li jagħmel hekk. |
Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, membru tal-Parlament Ewropew jista’ jkun membru ta’ partit politiku wieħed biss f'livell Ewropew (l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003).
Fid-dawl ta’ dan, il-partiti politiċi qed jiġu infurmati li mis-sena finanzjarja 2013 il-Parlament Ewropew ser jibda japplika d-dispoizzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) b’tali mod li membru tal-Parlament Ewropew jista’ jkun membru ta’ partit politiku wieħed biss f'livell Ewropew li l-partit politiku nazzjonali tiegħu huwa membru fih.
4.2. Kriterji ta’ esklużjoni
L-applikanti għandhom jiċċertifikaw ukoll li huma ma jinsabux f’xi waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikoli 106(1) u 107 tar-Regolament Finanzjarju.
4.3. Kriterji għall-għażla
L-applikanti għandhom jipprovdu evidenza li għandhom il-vijabilità legali u finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu l-programm ta’ attivitajiet stipulat fl-applikazzjoni għall-finanzjament u li għandhom il-kapaċità teknika u tal-immaniġġjar meħtieġa sabiex iwettqu b’suċċess il-programm ta’ attivitajiet li għalih huma qed japplikaw għall-konċessjoni.
4.4. Kriterji għall-għoti
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, l-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2014 għandhom jitqassmu kif ġej bejn il-partiti politiċi f’livell Ewropew li kisbu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament skont il-kriterji ta’ eliġibiltà, u l-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla:
(a) |
15 % se jitqassmu f'ishma ndaqs; |
(b) |
85 % se jitqassmu bejn dawk li għandhom membri eletti fil-Parlament Ewropew, proporzjonalment man-numru ta’ membri eletti. |
4.5. Dokumenti ta’ appoġġ
Għall-iskop ta’ evalwazzjoni tal-kriterji ta’ hawn fuq, l-applikanti għandhom jipprovdu d-dokumenti ta’ appoġġ li ġejjin:
(a) |
L-ittra ta’ kopertura oriġinali b’indikazzjoni tal-ammont ta’ konċessjoni mitlub; |
(b) |
Il-formola ta’ applikazzjoni fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, mimlija u ffirmata kif meħtieġ (inkluża d-dikjarazzjoni solenni bil-miktub); |
(c) |
L-Istatuti tal-partit politiku, inkluża lista ta' organizzazzjonijiet affiljati f'konformità mal-Artikolu 122 tar-Regolament Finanzjarju; |
(d) |
Iċ-ċertifikat uffiċjali ta’ reġistrazzjoni; |
(e) |
Evidenza riċenti tal-eżistenza ta’ partit politiku; |
(f) |
Lista tad-diretturi/membri tal-Bord Maniġerjali (l-ismijiet u l-kunjomijiet, it-titli jew il-karigi fi ħdan il-partit li qed japplika); |
(g) |
Dokumenti li jiċċertifikaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003; |
(h) |
Dokumenti li jiċċertifikaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (5); |
(i) |
Il-programm tal-partit politiku; |
(j) |
Dikjarazzjoni finanzjarja komprensiva għas-sena 2012 ċċertifikata minn korp ta' awditjar (6); |
(k) |
Baġit proviżorju għall-operat matul il-perijodu kkonċernat (mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2014) li jindika n-nefqa eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit Komunitarju. |
Fir-rigward tal-punti (c), (d), (f), (h) u (i), l-applikant jista’ jissottometti dikjarazzjoni fuq l-unur li l-informazzjoni pprovduta fl-istadju preċedenti għadha valida.
5. Il-finanzjament mill-baġit tal-ue
L-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2014 fl-Artikolu 402 tal-baġit tal-UE “Kontribuzzjonijiet lill-Partiti Politiċi Ewropej” huma stmati li jammontaw għal total ta’ EUR 27 794 200. Huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja.
L-ammont massimu li jitħallas lill-benefiċjarji mill-Parlament Ewropew m’għandux jaqbeż il-85 % tal-ispejjeż marbuta mal-operat tal-partiti politiċi f’livell Ewropew li huma eliġibbli. Il-partit politiku kkonċernat għandu r-responsabilità li jipprovdi evidenza.
Il-finanzjament Komunitarju se jieħu l-għamla ta’ konċessjoni għall-operat kif jipprovdu r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi għar-Regolament Finanzjarju. L-arranġamenti għall-ħlas tal-konċessjonijiet u l-obbligi li jirregolaw l-użu tagħhom se jiġu stipulati f’deċiżjoni ta’ għoti ta’ konċessjoni - kampjun ta’ dan il-ftehim jinsab fl-Anness 2a tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004.
6. Il-proċedura u d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
6.1. Data tal-għeluq u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet hija t-30 ta' Settembru 2013. L-applikazzjonijiet imressqa wara dik id-data mhux se jiġu kkunsidrati.
L-applikazzjonijiet għandhom:
(a) |
isiru permezz tal-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (l-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004); |
(b) |
jiġu ffirmati, mingħajr ma l-applikant jonqos milli jagħmel dan, minnu stess jew minn rappreżentant awtorizzat b’mod korrett; |
(c) |
jintbagħtu f'envelop magħluq ġo ieħor. Iż-żewġ envelops għandhom ikunu magħluqa. Barra l-indirizz tad-dipartiment reċipjent kif mogħti fuq is-sejħa għall-proposti, fuq l-envelop ta’ ġewwa għandu jitniżżel dan li ġej: “CALL FOR PROPOSALS — 2014 GRANTS TO POLITICAL PARTIES AT EUROPEAN LEVEL NOT TO BE OPENED BY THE MAIL SERVICE OR BY ANY UNAUTHORISED PERSON” Jekk jintużaw envelops li jeħlu minnhom infushom, dawn għandhom jiġu ssiġillati bit-tejp li jwaħħal u min qed jibgħat għandu jiffirma tul dan it-tejp. Il-firma ta’ min qed jibgħat għandha tinkludi mhux biss il-firma bil-miktub tiegħu, iżda wkoll it-timbru tal-organizzazzjoni tiegħu; Fuq l-envelop ta’ barra għandu jkun jidher l-indirizz ta’ min qed jibgħat u jkun indirizzat lil:
L-envelop ta’ ġewwa għandu jkun indirizzat lil: President of the European Parliament
|
(d) |
jitressqu mhux iktar tard mid-data tal-għeluq stipulata fis-sejħa għall-proposti jew bil-posta rreġistrata, kif muri bit-timbru tal-posta jew bis-servizz tal-kurjer skont id-data fuq l-irċevuta tad-depożitu, |
6.2. Proċedura indikattiva u skeda
Il-proċedura u l-iskeda li ġejjin se japplikaw għall-għoti ta’ konċessjonijiet lill-partiti politiċi f’livell Ewropew:
(a) |
Il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni lill-Parlament Ewropew (mhux iktar tard mit-30 ta' Settembru 2013) |
(b) |
Kunsiderazzjoni u għażla mid-dipartimenti tal-Parlament Ewropew. L-applikazzjonijiet li jitqiesu ammissibbli biss se jiġu eżaminati abbażi tal-kriterji tal-eliġibiltà, tal-esklużjoni u tal-għażla stipulati fis-sejħa għall-proposti. |
(c) |
L-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni mill-Bureau tal-Parlament Ewropew (bi prinċipju qabel l-1 ta' Jannar 2014 kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004). |
(d) |
Notifika ta' deċiżjonijiet għall-għoti |
(e) |
Ħlas bil-quddiem ta’ 80 % (fi żmien 15-il ġurnata mid-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni). |
6.3. Iktar informazzjoni
It-testi li ġejjin huma disponibbli fis-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew fl-indirizz li ġej:
http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm
(a) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003; |
(b) |
Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004 |
(c) |
Il-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004). |
Kwalunkwe mistoqsijiet relatati ma’ din is-sejħa għall-proposti li għandha l-għan li tagħti konċessjonijiet għandhom jintbagħtu bil-posta elettronika, u għandha tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, fl-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu
6.4. Ipproċessar tad-dejta personali
F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), id-dejta personali inkluża fl-applikazzjoni għall-finanzjament u l-annessi tagħha ser tiġi proċessata skont il-prinċipji tal-imparzjalità, il-legalità u l-proporzjonalità għall-finijiet espliċiti u leġittimi ta’ dan il-proġett. Għall-ħtiġijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjoni u sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, id-dejta personali tal-benefiċjarji potenzjali tista’ tiġi proċessata mis-servizzi u l-korpi kompetenti tal-Parlament Ewropew u tiġi trasferita lis-servizzi ta’ verifika interni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
L-ismijiet tal-membri u tar-rappre¿entanti tal-partit politiku Ewropew li jintbagħtu mal-applikazzjoni għall-finanzjament sabiex ikun sodisfatt il-kriterju ta’ rappreżentatività tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, jistgħu jiġu inklużi f’pubblikazzjoni tal-Parlament Ewropew u jiġu żvelati fil-pubbliku bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (8). Il-partiti politiċi huma mistiedna biex mal-applikazzjoni tagħhom jehmżu dikjarazzjoni ffirmata mill-membri jew mir-rappreżentanti kkonċernati tal-partit, li biha huma jkunu ġew infurmati u jiddikjaraw li jaqblu li isimhom jiġi żvelat lill-pubbliku.
Kull persuna kkonċernata tista’ tindirizza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (edps@edps.europa.eu) sabiex tagħmel appell.
(1) ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.
(2) ĠU C 155, 12.6.2004, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.
(5) Inklużi il-listi tal-persuni msemmija fl-Artikoli 3(1)(b), l-ewwel subparagrafu, u 10(1)(b).
(6) Sakemm il-partit politiku f’livell Ewropew ma jkunx ġie stabbilit matul is-sena kurrenti.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).