Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0235

Kawża T-235/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Frar 2013 — Acron u Dorogobuzh vs Il-Kunsill ( “Dumping — Importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja — Talba għal reviżjoni interim parzjali — Valur normali — Prezz għall-esportazzjoni — Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009)” )

ĠU C 101, 6.4.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 — Acron u Dorogobuzh vs Il-Kunsill

(Kawża T-235/08) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja - Talba għal reviżjoni interim parzjali - Valur normali - Prezz għall-esportazzjoni - Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2013/C 101/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Acron OAO (Moska, ir-Russja); u Dorogobuzh OAO (Moska) (rappreżentanti: inizjalment P. Vander Schueren, sussegwentament B. Evtimov, avukati, u D. O’Keeffe, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentament G. Berrisch)

Parti konvenuta insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti); u Fertilizers Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Suġġett

Rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008, tal-10 ta’ Marzu 2008, li jwaqqaf ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju antidumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat tal-ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU L 75, p. 1)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Acron OAO u Dorogobuzh OAO huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Fertilizers Europe.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 209, 15.08.2008


Top