EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0019
Case T-19/13: Action brought on 11 January 2013 — Ekologický právní servis v Commission
Kawża T-19/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Jannar 2013 — Ekologický právní servis vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-19/13: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Jannar 2013 — Ekologický právní servis vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 79, 16.3.2013, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/25 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2013 — Ekologický právní servis vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-19/13)
2013/C 79/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ekologický právní servis (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Černý, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 8382, tat-12 ta’ Novembru 2012, li tiddikjara inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża għall-eżami intern mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4576, tas-6 ta’ Lulju 2012, dwar l-applikazzjoni nnotifikata mir-Repubblika Ċeka, skont l-Artiklu 10c(5) tad-Direttiva 2003/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għall-finijiet tal-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti b’mod tranżitorju għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4576, tas-6 ta’ Lulju 2012, dwar l-applikazzjoni nnotifikata mir-Repubblika Ċeka, skont l-Artiklu 10c(5) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-finijiet tal-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti b’mod tranżitorju għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
(1) |
Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 8382, tat-12 ta’ Novembru 2012, hija illegali, peress li tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 2(1)(g) u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2). |
(2) |
Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4576, tas-6 ta’ Lulju 2012, hija illegali, peress li tikser l-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva 2003/87/KE li tistabblixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE (3), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Dokument ta’ gwida dwar l-applikazzjoni mhux obbligatorja tal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE (2011/C 99/03) u d-Direttiva 2001/42/KE (4) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċertu pjanijiet u programmi fuq l-ambjent. |
(1) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE
(2) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).
(3) Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, p. 63).
(4) Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).