Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/025/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6810 – E.ON/Sabanci/Enerjisa) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 25, 26.1.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/30


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6810 – E.ON/Sabanci/Enerjisa)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 25/05

1.

Fit-18 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha E.ON SE (“E.ON”, il-Ġermanja) u Ömer Sabancı Holding A.Ș. (“Sabancı”, it-Turkija), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Enerjisa Enerji A.Ș. (“Enerjisa”, it-Turkija), permezz ta’ akkwist ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal E.ON: fornitur globali tal-enerġija u l-gass,

għas-Sabancı: attiv fis-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni, l-enerġija, is-siment, l-ikel, il-bejgħ bl-imnut u industrijali, prinċipalment fit-Turkija,

għal Enerjisa: attiva fl-elettriku, fil-gass, fil-fwar, fis-suq voluntarji tal-karbonju, u fuq il-kejl bil-miter tal-elettriku, prinċipalment fit-Turkija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6810 – E.ON/Sabanci/Enerjisa, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top