This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AR1364
Opinion of the Committee of the Regions on ‘The Statute for a European Foundation’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea”
ĠU C 17, 19.1.2013, p. 81–90
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 17/81 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea”
2013/C 17/13
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jappoġġja l-Abbozz ta’ Regolament dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) propost mill-Kummissjoni, u jqis li dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-adozzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini; |
— |
jappoġġja, għaldaqstant, l-Abbozz ta’ Regolament dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) propost mill-Kummissjoni, u jagħraf li dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-addozzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini u ta’ dak dwar il-ħolqien ta’ statut tar-raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) sabiex tiġi faċilitata u promossa l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali fil-livell Komunitarju; |
— |
isostni li jeħtieġ li dan l-istatut għandu jindirizza l-kwistjonijiet tas-semplifikazzjoni u tal-effettività għall-fondazzjonijiet biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu b’mod aktar effikaċi fuq il-proġetti transkonfinali jew transnazzjonali waħidhom jew fi sħubija mal-atturi nazzjonali, lokali u reġjonali, filwaqt li fl-istess ħin iwieġeb għar-rieda tal-pubbliku li jkun hemm salvagwardja legali u li jiġu ċarati l-funzjonament u l-finanzjament tagħhom; |
— |
jifhem it-tħassib li jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-ammont minimu ta’ assi mistennija minn fondazzjoni u x-xewqa li jiġi faċilitat il-ħolqien ta’ FE fit-territorju kollu tal-Unjoni. Madankollu, il-Kumitat jistinka sabiex jiggarantixxi lid-donaturi u liċ-ċittadini stabbiltà patrimonjali biżżejjed tal-FE, u minn naħa jixtieq li l-livell minimu ta’ assi meħtieġa għar-reġistrazzjoni ta’ FE jissaħħaħ billi jiżdied għal EUR 50 000 minflok EUR 25 000, li jikkunsidra bħala ammont wisq baxx u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jinżamm tul il-ħajja kollha tal-FE, u li jekk ma jiġix rispettat dan l-ammont minimu l-FE xxolji; |
Relatur |
Is-Sinjura BRUNET-LECHENAULT (FR/PSE), Viċi President tal-Kunsill Ġenerali ta’ Saône et Loire |
Dokument ta’ referenza |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) COM(2012) 35 final |
I. INTRODUZZJONI
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
huwa konxju mill-piż ekonomiku u mir-rwol essenzjali li għandhom il-fondazzjonijiet fil-firxa sħiħa tat-territorju Ewropew, fl-oqsma kollha tal-interess pubbliku u b’mod partikolari f’dak kollu li jikkonċerna l-oqsma ta’ kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħalma huma s-servizzi soċjali u tas-saħħa, is-sigurtà soċjali, l-arti u l-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xjenzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni jew l-ambjent; |
2. |
jifhem u jiddeplora d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-fondazzjonijiet sabiex jieħdu azzjoni lil hinn mill-ostakli nazzjonali fi proġetti transkonfinali jew transnazzjonali, li jwassluhom biex jidħlu fi spejjeż kbar ta’ konsulenza jew struttura, meta dawn il-flejjes setgħu ntużaw b’mod aktar effikaċi fit-twettiq tal-missjonijiet soċjali tagħhom; |
3. |
jappoġġja l-Abbozz ta’ Regolament dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) propost mill-Kummissjoni, u jqis li dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-adozzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini; |
4. |
barra minn hekk jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna l-perspettiva usa’ ta’ sikurezza tal-attivitajiet tal-ekonomija soċjali u solidali fil-kuntest tas-suq intern u f’dan ir-rigward jittama li l-adozzjoni tal-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea twitti t-triq għal statut tal-Assoċjazzjonijiet Mutwi Ewropej; |
5. |
isostni li jeħtieġ li dan l-istatut jindirizza l-kwistjonijiet tas-semplifikazzjoni, tal-effettività u tas-salvagwardja legali għall-fondazzjonijiet biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu aħjar fuq il-proġetti transkonfinali jew transnazzjonali waħidhom jew fi sħubija mal-atturi nazzjonali, lokali u reġjonali; |
6. |
jenfasizza wkoll li dan l-istatut għandu jkollu l-għan li jikkjarifika għaċ-ċittadini il-funzjonament u l-finanzjament tal-fondazzjonijiet; |
7. |
jixtieq li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-FE, mhux biss meta din tinħoloq iżda tul il-ħajja kollha tagħha, u li d-dispożizzjonijiet legali applikabbli għaliha jkunu jinsabu kemm jista’ jkun fl-Abbozz ta’ Regolament u l-istatuti ta’ kull FE, mingħajr wisq referenza għal-liġi nazzjonali; |
8. |
ifakkar li, fejn l-FE jkunu kapaċi jiġbru fondi privati jew jirċievu finanzjament pubbliku sabiex iwettqu l-missjonijiet tagħhom, dawn għandhom ikunu soġġetti għal obbligi ta’ kontabbiltà fir-rigward tal-użu ta’ dawn il-fondi, kemm fir-rigward tal-finanzjaturi tagħhom kif ukoll taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea; |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Il-piż ekonomiku tas-settur tal-fondazzjonijiet
9. |
jinnota li s-settur tal-fondazzjonijiet huwa ta’ importanza mhux negliġibbli b’livell globali ta’ nfiq annwali ta’ madwar EUR 150 biljun u li jipprovdi impjieg full-time dirett lil madwar miljun persuna fl-Unjoni Ewropea kollha; |
10. |
jinnota li huwa fl-interess tal-fondazzjonijiet li jaħdmu lil hinn mill-konfini nazzjonali tagħhom sabiex iwieġbu b’mod globali għall-problemi trasversali bħalma huma l-problemi tal-migrazzjoni, l-iżvilupp soċjoekonomiku, l-eċċellenza xjentifika, id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent, eċċ. |
11. |
jenfasizza, b’mod partikolari, ir-rwol li l-fondazzjonijiet jistgħu jaqdu fir-rigward tal-użu tar-riżorsi proprji u l-kreattività tagħhom f’perjodu ta’ kriżi politika, finanzjarja u soċjali kbira ħafna fl-Ewropa, fejn jidher biċ-ċar li huwa essenzjali li jiġu analizzati l-opportunitajiet kollha biex tissaħħaħ l-Unjoni Ewropea u biex jiġu żgurati futur u prospetti ta’ tkabbir għaċ-ċittadini tagħha; |
Restrizzjonijiet amministrattivi ibsin u għaljin
12. |
josserva li l-fondazzjonijiet jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet fil-funzjonament transnazzjonali jew transkonfinali tagħhom minħabba regoli imposti mil-leġislazzjonijiet nazzjonali li jġegħluhom jonfqu parti mir-riżorsi tagħhom, li hija stmata f’ammont ta’ madwar EUR 90 u 102 miljun fis-sena, għal pariri jew spejjeż amministrattivi diversi minflok ma jużaw dawn il-fondi biex jimplimentaw proġetti ta’ interess pubbliku, waħidhom jew fi sħubija ma’ fondazzjonijiet jew awtoritajiet lokali u reġjonali oħra; |
Għal statut li jsaħħaħ l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini permezz tar-rwol tal-fondazzjonijiet
13. |
jenfasizza li l-attivitajiet tal-fondazzjonijiet, li ħafna drabi jinħolqu fuq l-inizjattiva ta’ persuni taħt il-liġi privata (individwi jew intrapriżi), jibbażaw fuq proġetti ta’ interess ġenerali importanti ħafna għaċ-ċittadini Ewropej, u ta’ spiss jikkonċernaw oqsma ta’ kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod speċjali s-servizzi soċjali u tas-saħħa, is-sigurtà soċjali, l-arti u l-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xjenzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, eċċ. |
14. |
iqis li l-għażla ta’ forma legali ġdida, bħala alternattiva għall-istatuti nazzjonali u li tikkorrispondi għal statut ta’ “Fondazzjoni Ewropea” ser tkun element essenzjali fit-titjib tar-rwol tal-fondazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni Ewropea; |
15. |
jappoġġja, għaldaqstant, l-Abbozz ta’ Regolament dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) propost mill-Kummissjoni, u jagħraf li dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-addozzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini u ta’ dak dwar il-ħolqien ta’ statut tar-raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) sabiex tiġi faċilitata u promossa l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali fil-livell Komunitarju; |
16. |
huwa tal-fehma li l-Artikolu 352 tat-TFUE – li jipprevedi l-adozzjoni mill-Kunsill, b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jingħata l-kunsens mill-Parlament Ewropew, ta’ miżuri adegwati għat-twettiq ta’ wieħed mill-objettivi stipulati mit-Trattati – huwa l-unika bażi legali pertinenti għal din il-proposta għal regolament, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fit-Trattati li, f’dan ir-rigward, jagħti b’mod espliċitu l-kompetenza lill-istituzzjonijiet tal-UE. Din l-għażla tikkonforma mal-għażla li kienet saret fil-passat li jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati ma’ statuti oħra bħalma huma dak tal-kumpanija Ewropea jew tal-Grupp Ewropew ta’ Interess Ekonomiku u bla ebda mod ma taffettwa r-regolamenti nazzjonali li jirregolaw il-fondazzjonijiet. Il-Kumitat jinnota wkoll li, fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija relatat mal-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proposta għal regolament kienet is-suġġett ta’ opinjoni motivata waħda biss mid-19-il parlament nazzjonali li analizzaw il-kwistjoni; |
17. |
isostni li jeħtieġ li dan l-istatut għandu jindirizza l-kwistjonijiet tas-semplifikazzjoni u tal-effettività għall-fondazzjonijiet biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu b’mod aktar effikaċi fuq il-proġetti transkonfinali jew transnazzjonali waħidhom jew fi sħubija mal-atturi nazzjonali, lokali u reġjonali, filwaqt li fl-istess ħin iwieġeb għar-rieda tal-pubbliku li jkun hemm salvagwardja legali u li jiġu ċarati l-funzjonament u l-finanzjament tagħhom; |
Il-promozzjoni tad-dimensjoni Ewropea
18. |
jixtieq li d-dimensjoni Ewropea tal-FE tiġi promossa aktar billi din tkun meħtieġa twettaq, jew tfittex li twettaq, attivitajiet transnazzjonali jew transkonfinali mhux biss meta tinħoloq iżda tul il-ħajja kollha tagħha; |
19. |
jiddispjaċih li, f’dan ir-rigward, l-abbozz ta’ regolament ta’ spiss jirreferi għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri għaliex jemmen li dan l-approċċ huwa sors ta’ nuqqas ta’ sikurezza legali għall-FE fin-nuqqas ta’ regoli ta’ armonizzazzjoni; |
L-obbligu li jkun hemm ċarezza, affidabbiltà u trasparenza
20. |
ifakkar li l-kapaċità li l-FE jiġbru fondi privati jew jirċievu finanzjament pubbliku sabiex iwettqu l-missjonijiet tagħhom timplika li dawn ikunu kapaċi jassiguraw lid-donaturi u l-finanzjaturi tagħhom, kif ukoll liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea, l-aqwa sigurtà fir-rigward tal-istabbiltà tagħhom kif ukoll trasparenza assoluta fir-rigward tal-governanza tagħhom u l-użu tal-fondi li jingħataw; |
Sabiex jiġi kjarifikat l-objettiv tal-FE
21. |
jisħaq li fi wħud mill-Istati Membri, it-termini “benefiċċju pubbliku” u ta’ “interess ġenerali” ikopru kunċetti differenti u f’ċerti każijiet jistgħu jirreferu jew għal proċedura jew għal statut legali partikolari tal-liġi nazzjonali jew inkella għal approċċ speċifikament fiskali, u jipproponi għaldaqstant li tiġi armonizzata t-terminoloġija użata filwaqt li tinżamm l-espressjoni “interess pubbliku”, fejn din għandha titqies b’mod uniformi f’kull Stat Membru sabiex jiġi determinat is-suġġett tal-FE, filwaqt li jiġi eskluż kull approċċ fiskali; |
22. |
jixtieq ukoll li l-espressjoni “sport mhux professjonali” tiġi definita fl-Artikolu 5 tal-abbozz sabiex jiġi evitat li azzjonijiet imwettqa mill-FE jispiċċaw jappoġġjaw prattiki li jaqgħu aktar fl-ambitu tal-isport professjonali. |
Lejn affidabbiltà msaħħa
23. |
jifhem it-tħassib li jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-ammont minimu ta’ assi mistennija minn fondazzjoni u x-xewqa li jiġi faċilitat il-ħolqien ta’ FE fit-territorju kollu tal-Unjoni. Madankollu, il-Kumitat jistinka sabiex jiggarantixxi lid-donaturi u liċ-ċittadini stabbiltà patrimonjali biżżejjed tal-FE, u minn naħa jixtieq li l-livell minimu ta’ assi meħtieġa għar-reġistrazzjoni ta’ FE jissaħħaħ billi jiżdied għal EUR 50 000 minflok EUR 25 000, li jikkunsidra bħala ammont wisq baxx u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jinżamm tul il-ħajja kollha tal-FE, u li jekk ma jiġix rispettat dan l-ammont minimu l-FE xxolji; |
24. |
iqis li huwa ovvju li l-FE ma jkollhomx skop ta’ qligħ, iżda jammetti wkoll li dawn jistgħu jitħeġġu jagħmlu attivitajiet ekonomiċi sabiex iwettqu l-missjonijiet tagħhom ta’ interess pubbliku, u jipproponi li jiġi emendat l-Artikolu 11 sabiex jiġu definiti aħjar il-limiti li fihom FE tista’ twettaq attivitajiet ekonomiċi; |
25. |
iqis li l-kwistjoni tar-rimunerazzjoni tal-membri tal-bord ta’ tmexxija u tal-kunsill superviżorju tal-FE hija konsegwenza tal-karattru mingħajr skop ta’ qligħ tagħhom u li l-abbozz għandu jeżamina r-regoli ta’ prinċipju fir-rigward ta’ dan is-suġġett; |
26. |
jixtieq li jiġu ċarati l-prinċipji relatati mal-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess; iqis il-formulazzjoni attwali bħala sors ta’ interpretazzjonijiet li jvarjaw li jista’ jkollhom effett kuntrarju għal dak mixtieq; |
27. |
japprova r-regoli mressqa rigward il-kontabbiltà u t-trasparenza, iżda jissuġġerixxi li jiġu ċarati u ppreċiżati l-modalitajiet ta’ kontroll u ta’ reklamar tal-attività tal-FE; |
Ħtieġa ta’ armonizzazzjoni
28. |
jagħraf l-importanza ta’ dixxiplina baġitarja li ddeterminat l-għażla li tinħoloq awtorità superviżorja tal-FE fil-livell nazzjonali minflok li tiġi definita proċedura u jinħoloq korp ta’ kontroll fil-livell Ewropew; |
29. |
jagħraf il-pertinenza li jiġu integrati dispożizzjonijiet ta’ natura fiskali fl-abbozz tal-istatut, iżda jesprimi r-riżervi tiegħu dwar l-estensjoni awtomatika għall-FE tal-iskema fiskali mogħtija lill-entitajiet nazzjonali ta’ interess pubbliku minħabba differenzi sinifikanti li jeżistu bejn l-Istati Membri rigward il-kundizzjonijiet għall-konċessjoni ta’ dawn l-iskemi fiskali ta’ favuri nazzjonali. |
III. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
Artikolu 2(5)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Raġuni
Fl-ewwel emenda tagħha, ir-relatur tipproponi li “entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku” tinbidel għal “entità ta’ interess pubbliku”.
Emenda 2
Artikolu 5(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 5 Skop ta’ benefiċċju pubbliku 1. Il-FE għandha tkun entità kostitwita b’mod separat għal skop ta’ benefiċċju pubbliku. |
Artikolu 5 Skop ta’ interess benefiċċju pubbliku 1. Il-FE għandha tkun entità kostitwita b’mod separat għal skop ta’ interess benefiċċju pubbliku. |
Raġuni
It-terminu “interess pubbliku” jippermetti l-armonizzazzjoni tal-kunċetti ta’ “benefiċċju pubbliku” u ta’ “interess ġenerali” u jillimita r-riskji li jkun hemm konfużjoni mal-kunċetti tal-liġi fiskali jew tal-liġi pubblika użati f’ċerti Stati Membri bil-ħsieb li jingħata statut jew skema fiskali partikolari lill-fondazzjonijiet tal-liġi nazzjonali.
Emenda 3
Artikolu 5(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Artikolu 5 Skop ta’ benefiċċju pubbliku |
Artikolu 5 Skop ta’ benefiċċju pubbliku |
||||
2. Il-FE għandha sservi l-interess pubbliku b’mod ġenerali. |
2. Il-FE għandha sservi l-interess pubbliku b’mod ġenerali. |
||||
Tista’ tinħoloq għall-iskopijiet li ġejjin biss, li għalihom l-assi tagħha jridu jkunu ddedikati b’mod irrevokabbli: |
Tista’ tinħoloq għall-iskopijiet li ġejjin biss, li għalihom l-assi tagħha jridu jkunu ddedikati b’mod irrevokabbli: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Jidher li huwa utli li l-kunċett ta’ sport mhux professjonali jiġi definit b’mod preċiż għaliex, skont l-isport inkwistjoni, il-prattiki jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, u għaliex ċertu sport, meqjus bħala mhux professjonali, huwa madankollu pprattikat f’livell u f’kundizzjonijiet li huma viċin tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali, li ma tidħolx fl-ambitu tal-interess pubbliku.
Barra minn hekk, jidher utli li tiżdied id-difiża tal-vittimi ta’ kull tip ta’ vjolenza. Tiġi enfasizzata l-importanza tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi msemmija fil-punt ta’ wara.
Emenda 4
Artikolu 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 6 Komponent transfruntier |
Artikolu 6 Komponent transfruntier Ewropew |
Fi żmien ir-reġistrazzjoni, il-FE għandu jkollha attivitajiet jew għan statutorju li twettaq attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri. |
Fi żmien ir-reġistrazzjoni, il-FE għandu jkollha attivitajiet jew bħala għan statutorju li twettaq attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri. Ladarba tkun irreġistrata Fi żmien ir-reġistrazzjoni , il-FE għandu jkollha attivitajiet jew għan statutorju li twettaq attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri. |
|
Hi għandha tkompli twettaq dawn l-attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri tul l-eżistenza kollha tagħha. |
Raġuni
L-għan tal-emenda proposta huwa li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-FE filwaqt li jkun żgurat li din twettaq realment l-attivitajiet tagħha f’bosta Stati Membri tul il-ħajja kollha tagħha u mhux biss fil-mument meta tinħoloq. Fil-każ ta’ FE ġdida, li ma tkunx tista’ twettaq attivitajiet meta tkun qed tiġi rreġistrata, id-dimensjoni Ewropea tagħha trid tidher fl-għan statutorju, li jwassal għall-modifika fil-kliem.
Emenda 5
Artikolu 7(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 7 Assi 2. Il-FE għandu jkollha assi ekwivalenti għal tal-inqas EUR 25 000. |
Artikolu 7 Assi 2. Il-FE, meta tiġi reġistrata u tul l-eżistenza kollha tagħha, għandu jkollha assi ekwivalenti għal tal-inqas EUR 250000. |
Raġuni
Sabiex jiġu garantiti aħjar l-istabbiltà u l-affidabbiltà li għandhom jikkaratterizzaw FE, il-Kumitat jipproponi li jiżdiedu l-assi rikjesti fid-data ta’ reġistrazzjoni għal EUR 50 000 u li dawn jinżammu tul l-eżistenza kollha tagħha.
Emenda 6
Artikolu 10(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 10 Kapaċità legali 1. Il-FE għandu jkollha kapaċità legali sħiħa fl-Istati Membri kollha. |
Artikolu 10 Kapaċità legali 1. Il-FE għandu jkollha kapaċità legali sħiħa fl-Istati Membri kollha, sakemm dan ir-regolament ma jipprevedix xi restrizzjonijiet . |
Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha d-drittijiet neċessarji kollha biex twettaq l-attivitajiet tagħha, inkluż id-dritt li tippossjedi proprjetà mobbli u immobbli, li tagħti għotjiet, tiġbor fondi, tirċievi u żżomm donazzjonijiet ta’ kwalunkwe tip, inklużi ishma u strumenti negozjabbli oħra, wirt u rigali in natura minn kwalunkwe sors legali anki minn pajjiżi terzi. |
Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha d-drittijiet neċessarji kollha biex twettaq l-attivitajiet tagħha, inkluż id-dritt li tippossjedi proprjetà mobbli u immobbli, li tagħti għotjiet, tiġbor fondi, tirċievi u żżomm donazzjonijiet ta’ kwalunkwe tip, inklużi ishma u strumenti negozjabbli oħra, wirt u rigali in natura minn kwalunkwe sors legali anki minn pajjiżi terzi. |
Fejn neċessarju għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha, il-FE għandu jkollha d-dritt ta’ stabbiliment fi kwalunkwe Stat Membru. |
Fejn neċessarju għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha, il-FE għandu jkollha d-dritt ta’ stabbiliment fi kwalunkwe Stat Membru. |
Raġuni
Fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-attivitajiet ekonomiċi tal-FE previsti fl-Artikolu 11 (jiġifieri l-qadi ta’ għanijiet ta’ interess pubbliku, u l-awtorizzazzjoni tal-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi indipendenti mill-għan ta’ interess pubbliku sa mhux aktar minn 10 % tad-dħul annwali net, sakemm ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet jiġu preżentati separatament fil-kontijiet tiegħu u li dawn isiru biss biex jintlaħaq l-għan ta’ interess pubbliku), għandu jitkompla l-proċess li permezz tiegħu l-FE jkollha għad-dispożizzjoni tagħha kapaċità legali sħiħa fl-Istati Membri kollha.
Emenda 7
Artikolu 11
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 11 Attivitajiet ekonomiċi |
Artikolu 11 Attivitajiet ekonomiċi |
1. Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha l-kapaċità u tkun libera li tieħu sehem f'kummerċ jew f’attivitajiet ekonomiċi oħrajn jekk kwalunkwe profitt jintuża esklussivament sabiex jinkiseb/jinkisbu l-iskop(ijiet) ta’ benefiċċju pubbliku tagħha. |
1. Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha l-kapaċità li twettaq attivitajiet ekonomiċi jekk dawn ma jkunux separabbli mill-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku bil-kundizzjoni li l-benefiċċji kollha jiġu mmirati lejn l-għan tagħha ta’ interess pubbliku. Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha l-kapaċità u tkun libera li tieħu sehem f'kummerċ jew f’attivitajiet ekonomiċi oħrajn jekk kwalunkwe profitt jintuża esklussivament sabiex jinkiseb/jinkisbu l-iskop(ijiet) ta’ benefiċċju pubbliku tagħha. |
2. Attivitajiet ekonomiċi mhux relatati mal-iskop ta’ benefiċċju pubbliku tal-FE huma permessi sa 10% tal-fatturat nett annwali tal-FE jekk ir-riżultati mill-attivitajiet mhux relatati jiġu ppreżentati fil-kontijiet b’mod separat. |
2. Attivitajiet ekonomiċi mhux relatati mal-iskop ta’ interess benefiċċju pubbliku tal-FE huma permessi biss sa limitu ta’ 10% tar-riżorsi annwali netti tal-fatturat nett annwali tal-FE bil-kundizzjoni li jekk ir-riżultati mill-attivitajiet mhux relatati jiġu ppreżentati fil-kontijiet b’mod separat u li jkunu totalment assoċjati mat-twettiq tal-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku. |
Raġuni
L-emenda proposta għandha l-għan li tinkwadra aħjar il-kapaċità ta’ FE biex twettaq attivitajiet ekonomiċi b’mod li jiġi evitat li titlef il-karattru essenzjali ta’ entità mingħajr skop ta’ qligħ billi twettaq b’mod abbużiv ħidmiet ta’ natura purament kummerċjali mhux marbuta mal-missjoni tagħha.
Emenda 8
Artikolu 21
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 21 Reġistrazzjoni |
Artikolu 21 Reġistrazzjoni |
1. Il-FE għandha tiġi reġistrata fi Stat Membru wieħed. |
1. Il-FE għandha tiġi reġistrata fi Stat Membru wieħed. fl-Istat Membru li fih stabbiliet l-uffiċċju reġistrat tagħha. |
2. Il-FE fformata minn fużjoni bejn żewġ entitajiet bi skop ta’ benefiċċju pubbliku stabbiliti legalment fl-istess Stat Membru għandha tiġi reġistrata f’dak l-Istat Membru. |
2. Il-FE fformata minn fużjoni bejn żewġ entitajiet bi skop ta’ benefiċċju pubbliku stabbiliti legalment fl-istess Stat Membru għandha tiġi reġistrata f’dak l-Istat Membru. |
3. Il-FE fformata permezz ta’ fużjoni transfruntier għandha tiġi reġistrata f’wieħed mill-Istati Membri fejn l-entitajiet li qed jiġu fużi kienu legalment stabbiliti. |
3. Il-FE fformata permezz ta’ fużjoni transfruntier għandha tiġi reġistrata f’wieħed mill-Istati Membri fl-Istat Membru fejn il-fondazzjoni assorbenti stabbiliet l-uffiċċju reġistrat tagħha l-entitajiet li qed jiġu fużi kienu legalment stabbiliti . |
4. Il-FE fformata permezz ta’ konverżjoni għandha tiġi reġistrata fl-Istat Membru fejn oriġinarjament l-entità li ġiet konvertita kienet stabbilita legalment |
4. Il-FE fformata permezz ta’ konverżjoni għandha tiġi reġistrata fl-Istat Membru fejn oriġinarjament l-entità li ġiet konvertita kienet stabbilita legalment. |
Raġuni
Għal skopijiet ta’ sigurtà legali, qed jiġi propost li l-punt ta’ kuntatt tal-persunal tal-kwartieri statutorju tal-fondazzjoni Ewropea jitqies bħala t-tieni kriterju biex jiġi deċiż fuq liema reġistru għandha tiġi reġistrata.
Emenda 9
Żid Artikolu ġdid wara l-Artikolu 31
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Prinċipji ta’ governanza 1. L-ebda persuna ma tista’ tkun kemm membru tal-bord ta’ tmexxija kif ukoll membru tal-kunsill superviżorju fl-istess ħin. 2. Il-membri tal-bord ta’ tmexxija u l-kunsill superviżorju jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom mingħajr ħlas. Madankollu, jistgħu jiksbu rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu biex iwettqu l-missjoni tagħhom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-istatuti. 3. L-ebda benefiċċju, dirett jew indirett, ma jista’ jitqassam lil kwalunkwe fundatur, lil membri tal-bord ta’ tmexxija jew tal-bord superviżorju, lil direttur maniġerjali jew awditur, u lanqas ma jista’ jiġi estiż għal xi persuna li jkollha relazzjoni kummerċjali jew familjari mill-viċin magħhom, sakemm dan ma jkunx għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan il-FE. |
Raġuni
L-emenda proposta tesprimi x-xewqa tal-Kumitat li jiġu stabbiliti r-regoli ta’ governanza u ta’ etika li għandhom jikkorrispondu mal-karattru essenzjalment mingħajr skop ta’ qligħ tal-FE u twieġeb għall-obbligi ta’ ċarezza u ta’ trasperenza mistennija.
Emenda 10
Artikolu 32
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 32 Kunflitti ta’ interess |
Artikolu 32 Kunflitti ta’ interess |
1. Il-fundatur u kwalunkwe membru ieħor tal-bord li jista’ jkollhom relazzjoni kummerċjali, familjari jew relazzjoni oħra mal-fundatur jew bejniethom, li tkun tista’ toħloq kunflitt ta’ interess potenzjali jew attwali bħal pereżempju jekk ixekklu l-abbiltà tiegħu/tagħha ta’ ġudizzju, ma għandhomx jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-bord ta’ tmexxija. |
1. Il-fundatur u kwalunkwe membru ieħor tal-bord li jista’ jkollhom relazzjoni kummerċjali, familjari jew relazzjoni oħra mal-fundatur jew bejniethom, li tkun tista’ toħloq kunflitt ta’ interess potenzjali jew attwali bħal pereżempju jekk ixekklu l-abbiltà tiegħu/tagħha ta’ ġudizzju, ma għandhomx jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-bord ta’ tmexxija. Kull membru tal-bord ta’ tmexxija jew tal-bord superviżorju għandu jinforma bil-miktub lill-FE dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett f’parti terza li jista’ jpoġġih f’sitwazzjoni ta’ kunflitt bejn, minn naħa, l-interess personali tiegħu jew dak ta’ persuna li għandha relazzjoni kummerċjali jew familjari miegħu, u min-naħa l-oħra l-interess tal-FE. |
2. L-ebda persuna ma tista’ tkun kemm membru tal-bord ta’ tmexxija kif ukoll membru tal-bord superviżorju fl-istess ħin. |
2. L-ebda persuna ma tista’ tkun kemm membru tal-bord ta’ tmexxija kif ukoll membru tal-bord superviżorju fl-istess ħin. Kull membru tal-bord ta’ tmexxija jew tal-bord superviżorju għandu, skont il-każ, jastjeni li jattendi jew jipparteċipa fi kwalunkwe deliberazzjoni jew deċiżjoni fejn qed tiġi diskussa kwistjoni li tirrigwarda entità jew persuna li magħha għandu relazzjonijiet kummerċjali jew familjari, jew fejn għandu interessi diretti jew indiretti. |
3. L-ebda benefiċċju, dirett jew indirett, ma jista’ jitqassam lil kwalunkwe fundatur, lil membri tal-bord ta’ tmexxija jew superviżorju, lil direttur maniġerjali jew awditur, u lanqas ma jista’ jiġi estiż għal xi persuna li jkollha relazzjoni kummerċjali jew familjari mill-viċin magħhom, sakemm dan ma jkunx għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan il-FE. |
3. L-ebda benefiċċju, dirett jew indirett, ma jista’ jitqassam lil kwalunkwe fundatur, lil membri tal-bord ta’ tmexxija jew superviżorju, lil direttur maniġerjali jew awditur, u lanqas ma jista’ jiġi estiż għal xi persuna li jkollha relazzjoni kummerċjali jew familjari mill-viċin magħhom, sakemm dan ma jkunx għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan il-FE. |
Raġuni
L-emenda proposta tesprimi x-xewqa tal-Kumitat li jissaħħu r-regoli ta’ governanza u ta’ etika li għandhom jikkorrispondu mal-obbligi ta’ ċarezza u ta’ trasparenza li d-donaturi tagħhom u ċ-ċittadini kollha jistennew mill-FE.
Emenda 11
Artikolu 33
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 33 Rappreżentazzjoni tal-FE fir-rigward ta’ partijiet terzi Il-bord ta’ tmexxija, kif ukoll kwalunkwe persuna oħra li l-bord ta’ tmexxija awtorizza u li hija taħt l-istruzzjonijiet tiegħu, jistgħu jirrappreżentaw lill-FE fir-relazzjonijiet ma’ partijiet terzi u fi proċeduri legali. |
Artikolu 33 Rappreżentazzjoni tal-FE fir-rigward ta’ partijiet terzi Il-bord ta’ tmexxija, kif ukoll kwalunkwe persuna oħra li l-bord ta’ tmexxija awtorizza, u li hija taħt l-istruzzjonijiet tiegħu u inkluża fir-reġistru, jistgħu jirrappreżentaw lill-FE fir-relazzjonijiet ma’ partijiet terzi u fi proċeduri legali. |
Raġuni
L-emenda tiċċara li huma biss il-persuni mniżżla fir-reġistru bħala rappreżentanti awtorizzati li jistgħu jirrappreżentaw FE fir-relazzjonijiet tagħha ma’ partijiet terzi fi proċeduri legali; kif inhu stipulat fl-Artikolu 23(1)(e)(ii) tal-abbozz ta’ regolament.
Emenda 12
Artikolu 34(5)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 34 Trasparenza u responsabbiltà |
Artikolu 34 Trasparenza u responsabbiltà |
[…] Tal[…] |
[…] |
5. Għandhom jiġu divulgati l-kontijiet annwali, approvati mill-bord ta’ tmexxija, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-persuna responsabbli mill-awditjar tal-kontijiet, u r-rapport tal-attività. |
5. Għandhom jiġu divulgati l-kontijiet annwali, approvati mill-bord ta’ tmexxija, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-persuna responsabbli mill-awditjar tal-kontijiet, u r-rapport tal-attività. Dawn għandhom, minn tal-inqas, ikunu aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit elettroniku tal-FE. |
Raġuni
Din l-emenda tesprimi x-xewqa tal-Kumitat li jissaħħu r-regoli ta’ governanza u ta’ etika li għandhom jikkorrispondu mal-obbligi ta’ ċarezza u ta’ trasparenza li d-donaturi tagħhom u ċ-ċittadini kollha jistennew mill-FE.
Emenda 13
Artikolu 34(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Deċiżjoni ta’ stralċ |
Deċiżjoni ta’ stralċ |
||||
[…] |
[…] |
||||
2. Wara li tkun semgħet lill-bord ta’ tmexxija tal-FE, l-awtorità superviżorja tista’ tiddeċiedi li tagħmel stralċ tal-FE jew, fejn dan ikun permissibbli skont il-liġi nazzjonali applikabbli, li tipproponi l-istralċ tal-FE quddiem qorti kompetenti f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: |
2. Wara li tkun semgħet lill-bord ta’ tmexxija tal-FE, l-awtorità superviżorja tista’ tiddeċiedi li tagħmel stralċ tal-FE u taħtar likwidatur jew, fejn dan ikun permissibbli skont il-liġi nazzjonali applikabbli, li tipproponi l-istralċ tal-FE u persuna bħala likwidatur quddiem qorti kompetenti f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
Emenda 14
Artikolu 44(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Stralċ 1. Fejn l-awtorità superviżorja approvat id-deċiżjoni tal-bord ta’ tmexxija skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) jew fejn l-awtorità superviżorja jew, fejn applikabbli, qorti ddeċidiet li tagħmel stralċ tal-FE, l-assi tal-FE għandhom jintużaw skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. |
Stralċ 1. Fejn l-awtorità superviżorja approvat id-deċiżjoni tal-bord ta’ tmexxija skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) jew fejn l-awtorità superviżorja jew, fejn applikabbli, qorti ddeċidiet li tagħmel stralċ tal-FE, l-assi tal-FE għandhom jintużaw skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-ispejjeż tal-istralċ jiġġarrbu mill-Fondazzjoni Ewropea. |
Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Ramón Luis VALCÁRCEL SISO