Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0386

    Kawża T-386/12: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Awwissu 2012 — Elite Licensing vs UASI — Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)

    ĠU C 355, 17.11.2012, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/30


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2012 — Elite Licensing vs UASI — Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)

    (Kawża T-386/12)

    2012/C 355/64

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aguas De Mondariz Fuente del Val, SL (Mondariz, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 9/2011-5; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “elite BY MONDARIZ”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 38 u 39 — Applikazjzoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6957872

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Komunitarja Nru 4995114 “ELITE MODEL LOOK” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 21 u 38; applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Nru 5765185 “elite”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 32, 35, 38, 41, 43 u 44; reġistrazzjoni internazzjonlai tat-trade mark figurattiva Nru 949195 “elite”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 32, 35, 38, 41, 43 u 44

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda kollha kemm hi

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

    Motivi invokati:

    ksur tar-Regoli 48(2), 49(1) u 96(1) tar-Regolament Nru 2868/95; u

    ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top