Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0139

    Kawża T-139/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Settembru 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Settur tal-frott u l-ħaxix — ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Riżorsi tal-Istat — Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi — Argumenti mhux imqajma matul il-proċedura amministrattiva — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 355, 17.11.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-139/09) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi - Argumenti mhux imqajma matul il-proċedura amministrattiva - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2012/C 355/41

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: iniżjalment E. Belliard, G. de Bergues u A.-L. During, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


    Top