Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0323

Kawża T-323/12: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Lulju 2012 — Knauf Insulation Technology vs UASI — Saint Gobain Cristaleria (ECOSE)

ĠU C 295, 29.9.2012, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/26


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — Knauf Insulation Technology vs UASI — Saint Gobain Cristaleria (ECOSE)

(Kawża T-323/12)

2012/C 295/46

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Knauf Insulation Technology (Visé, il-Belġju) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Saint Gobain Cristaleria, SL (Madrid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 259/2011-5 sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni magħmula mill-opponent kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal parti mill-prodotti u servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut u — jekk ikun il-każ — lill-opponent in solidum għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ECOSE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 3, 16, 17, 19, 20 u 40 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W 00993849

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2556409 tat-trade mark verbali “ECOSEC FACHADAS”, għal prodotti fil-klassijiet 17 u 19

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni għal parti mill-prodotti kkontestati milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata u appell miċħud u d-deċiżjoni kkontestata kkonfermata għall-kumplament

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


Top