This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CA0334
Case C-334/10: Judgment of the Court (First Chamber) of 19 July 2012 (reference for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden — Netherlands) — X v Staatssecretaris van Financiën (Sixth VAT Directive — Article 6(2), first subparagraph, (a) and (b), Article 11A(1)(c) and Article 17(2) — Part of a capital item forming part of the assets of a business — Temporary use for private purposes — Permanent alterations to that item — Payment of VAT in respect of the permanent alterations — Right to deduct)
Kawża C-334/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Staatssecretaris van Financiën (Sitt Direttiva tal-VAT — L-ewwel subparagrafu (a) u (b) tal-Artikolu 6(2), l-Artikolu 11(A)(1)(ċ) u l-Artikolu 17(2) — Parti minn oġġett ta’ investiment tal-impriża — Użu temporanju għal finijiet privati — Xogħol ta’ trasformazzjonijiet permanenti fl-imsemmi oġġett — Ħlas tal-VAT għal tibdiliet fit-tul — Dritt għal tnaqqis)
Kawża C-334/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Staatssecretaris van Financiën (Sitt Direttiva tal-VAT — L-ewwel subparagrafu (a) u (b) tal-Artikolu 6(2), l-Artikolu 11(A)(1)(ċ) u l-Artikolu 17(2) — Parti minn oġġett ta’ investiment tal-impriża — Użu temporanju għal finijiet privati — Xogħol ta’ trasformazzjonijiet permanenti fl-imsemmi oġġett — Ħlas tal-VAT għal tibdiliet fit-tul — Dritt għal tnaqqis)
ĠU C 295, 29.9.2012, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-334/10) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - L-ewwel subparagrafu (a) u (b) tal-Artikolu 6(2), l-Artikolu 11(A)(1)(ċ) u l-Artikolu 17(2) - Parti minn oġġett ta’ investiment tal-impriża - Użu temporanju għal finijiet privati - Xogħol ta’ trasformazzjonijiet permanenti fl-imsemmi oġġett - Ħlas tal-VAT għal tibdiliet fit-tul - Dritt għal tnaqqis)
2012/C 295/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu (a) u (b) tal-Artikolu 6(2), tal-Artikolu 11(A)(1)(ċ) u tal-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Persuna taxxabbli li tkun użat temporanjament u għal skopijiet privati parti minn oġġett ta’ investiment tal-impriża tagħha u li għamlet għal dawn l-għanijiet adattamenti permanenti lil din il-parti tal-oġġett — Dritt għal tnaqqis mill-VAT imħallsa għall-adattamenti permanenti
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu (a) u (b) tal-Artikolu 6(2), l-Artikolu 11(A)(1)(ċ) u l-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, persuna taxxabbli li tuża temporanjament għall-bżonnijiet privati tagħha parti minn oġġett ta’ investiment allokat għan-negozju tagħha għandha, b’applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, dritt għal tnaqqis mit-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud fuq l-ispejjeż magħmula sabiex isiru trasformazzjonijiet permanenti f’dan l-oġġett anki meta dawk it-trasformazzjonijiet ikunu saru bl-għan ta’ dan l-użu għal finijiet privati u li, min-naħa oħra, dan id-dritt għal tnaqqis jeżisti indipendentement mill-punt dwar jekk, fil-mument tal-akkwist ta’ oġġett ta’ investiment li fih saru l-imsemmija trasformazzjonijiet, il-VAT kinitx ġiet iffatturata lill-persuna taxxabbli u jekk ġietx imnaqqsa minn din tal-aħħar.