Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0315

    Kawża T-315/12: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Lulju 2012 — Tubes Radiatori vs UASI — Antrax It (Radjaturi għat-tisħin)

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/21


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2012 — Tubes Radiatori vs UASI — Antrax It (Radjaturi għat-tisħin)

    (Kawża T-315/12)

    2012/C 273/35

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Antrax It Srl (Resana, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2012, fil-Każ R 953/2011-3, u, konsegwentement, tikkonstata u tiddikjara l-validità tad-disinn Komunitarju Nru 000169 370-0002 proprjetà ta’ TUBES RADIATORI srl, peress li huwa ġdid u għandu karattru distintiv;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Mejju 1991.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: radjaturi għat-tisħin — disinn Komunitarju Nru 169 370-0002

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Antrax It Srl

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Ksur tal-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji (iktar ’il quddiem ir-RDK) u, b’mod partikolari, r-raġuni għal invalidità skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-RDK minħabba nuqqas ta’ karattru distintiv skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-RDK.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Disinn Komunitarju ddikjarat invalidu

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament Nru 6/2002


    Top