Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0307

    Kawża T-307/12: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Lulju 2012 — Mayaleh vs Il-Kunsill

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/19


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Mayaleh vs Il-Kunsill

    (Kawża T-307/12)

    2012/C 273/32

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Adib Mayaleh (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

    Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla:

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja sa fejn din issemmi lil Adib Mayaleh;

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja sa fejn dan isemmi lil Adib Mayaleh;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


    (1)  ĠU 2011, C 282, p. 30.


    Top