Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0304

    Kawża T-304/12: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Lulju 2012 — Message Management vsUASI — Absacker (ABSACKER of Germany)

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/17


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Message Management vsUASI — Absacker (ABSACKER of Germany)

    (Kawża T-304/12)

    2012/C 273/30

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Message Management GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Konle, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Absacker GmbH (Köln, il-Ġermanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti sa fejn tikkonċerna l-klassijiet 32 u 33;

    iktar sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti sa fejn tikkonċerna l-klassi 33.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, bl-abjad u bl-iswed, li tirrappreżenta ajkla u li tinkludi l-element verbali “ABSACKER of Germany” għal prodotti fil-klassijiet 25, 32 u 33 — applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 753 691

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Absacker GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali bl-iswed, bl-oranġjo u bl-abjad, li jinkludu l-element verbali “ABSACKER” għal prodotti fil-klassijiet 25, 33 u 43

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

    Motivi invokati: konstatazzjoni żbaljata ta’ xebh tas-sinjali u ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


    Top