Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0302

    Kawża T-302/12: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Lulju 2012 — Torrefacção Camelo vs UASI — Pato Hermanos (Dekorazzjoni ta’ ippakkjar għall-kafe)

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/17


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2012 — Torrefacção Camelo vs UASI — Pato Hermanos (Dekorazzjoni ta’ ippakkjar għall-kafe)

    (Kawża T-302/12)

    2012/C 273/29

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Torrefacção Camelo Lda (Campo Maior, il-Portugall) (rappreżentant: J. Massaguer Fuentes, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lorenzo Pato Hermanos, SA (Madrid, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkunsidra li dan l-att flimkien mal-kopji tiegħu u mad-dokumenti mehmuża miegħu, ġew ippreżentati, tiddikjarhom ammissibbli, u konsegwentement tikkunsidra li r-rikors intiż kontra d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-17 ta’ April 2012, fil-Każ R 2378/2010-3 ġie ppreżentat fil-ħin u fil-forma meħtieġa u, wara li tadotta l-miżuri preliminari meħtieġa, tiddeċiedi favur dan ir-rikors billi tannulla d-deċiżjoni kkontestata u billi tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-26 ta’ Novembru 2010 li annullat id-Disinn Komunitarju Nru 0 0070 6940-0001, u tikkundanna lil Lorenzo Patos Hermanos, SA għall-ispejjeż jekk hija tikkontesta dan ir-rikors.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn fuq sfond aħmar, fażola tal-kafe bil-kontorni bojod mqassmin b’mod aleatorju fuq l-isfond, u żewġ strixxi orizzontali fuq u isfel ta’ kulur isfar u sovrapposti fuq l-isfond aħmar, għal prodotti fil-klassi Locarno Nru 99-00 — Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 0 0070 6940-0001

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Lorenzo Pato Hermanos, SA

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002


    Top