Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0288

    Kawża T-288/12: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2012 — EI du Pont de Nemours vs UASI — Zueco Ruiz (ZYTEL)

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/13


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — EI du Pont de Nemours vs UASI — Zueco Ruiz (ZYTEL)

    (Kawża T-288/12)

    2012/C 273/23

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enrique Zueco Ruiz (Zaragoza, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 464/2011-2; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ZYTEL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12 u 37

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 369314, tat-trade mark verbali “ZYTEL”, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 17; trade mark li għandha reputazzjoni “ZYTEL”, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 17

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


    Top