Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0278

    Kawża T-278/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ġunju 2012 — Inter-Union Technohandel vs UASI — Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/12


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2012 — Inter-Union Technohandel vs UASI — Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)

    (Kawża T-278/12)

    2012/C 273/21

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Inter-Union Technohandel GmbH (Landau in der Pfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u A. Feutlinske, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gumersport Mediterranea de Distribuciones, SL (Barcelona, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 413/2011-2; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “PROFLEX” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12 u 25

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża Nru 39628817 tat-trade mark verbali “PROFEX”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 9, 11, 12, 16, 17 u 21

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda kolla kemm hi

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.


    Top