Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0277

Kawża T-277/12: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2012 — Bimbo vs UASI — Café do Brasil (Caffè KIMBO)

ĠU C 273, 8.9.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/12


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2012 — Bimbo vs UASI — Café do Brasil (Caffè KIMBO)

(Kawża T-277/12)

2012/C 273/20

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Café do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 1017/2011-4;

sussidjarjament, u biss f’każ jekk it-talba preċedenti tkun miċħuda, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 1017/2011-4; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva bil-kulur iswed, aħmar, deheb u abjad “Caffè KIMBO”, għal prodotti fil-klassijiet 11, 21 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3478311

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat tal-oppożizzjoni: It-trade mark Spanjola Nru 291655 “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30; It-trade mark preċedenti magħrufa sew fi Spanja “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata u l-kumplament tal-appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 64, 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2099; u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


Top