Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0215

    Kawża T-215/12: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2012 — MPM-Quality u EUTECH vs UASI — Elton hodinářská, a.s. (MANUFACTURE PRIM 1949)

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/10


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — MPM-Quality u EUTECH vs UASI — Elton hodinářská, a.s. (MANUFACTURE PRIM 1949)

    (Kawża T-215/12)

    2012/C 273/18

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrenti: MPM-QUALITY v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka) u EUTECH akciová společnost (Šternberk, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elton hodinářská, a.s.

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 826/2010-4;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark magħquda “MANUFACTURE PRIM 1979”, bin-Nru 3531662, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14 u 35

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Elton hodinářská, a.s.

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: talbiet ibbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51(1)(b), flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 8(1)(a) u (b), u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u fuq l-Artikolu 52(1)(b) tal-imsemmi regolament

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 8(1)(a) u (b), l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) billi:

    ibbaża ruħu fuq kunċett żbaljat tal-oneru tal-prova fis-sens tal-Artikolu 52 u tal-Artikolu 165(4) tar-Regolament;

    applika b’mod żbaljat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

    ma ħax inkonsiderazzjoni l-użu fundamentali, il-fama u l-użu tat-trade mark internazzjonali, li huma importanti għall-perċezzjoni tas-sinjal PRIM mill-konsumaturi rilevanti;

    applika b’mod żbaljat l-Artikolu 55 flimkien mal-Artikolu 41 tar-Regolament, meta afferma li d-drittijiet preċedenti fuq is-sinjal għandhom jappartjenu għall-istess proprjetarju;

    ma ħax inkonsiderazzjoni l-fatti u l-provi prodotti mir-rikorrenti, ma rrikonoxxiex l-importanza ta’ dawn il-provi u lanqas ma eżamina uħud minn dawn il-provi (pereżempju, il-kuntratti ta’ liċenzja);

    ma ħax inkonsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li trade marks identiċi li jinkludu l-kelma “PRIM” huma diġà rreġistrati fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.


    Top