Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0543

    Kawża T-543/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Lulju 2012 — Ghreiwati vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Revoka tal-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/9


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2012 — Ghreiwati vs Il-Kunsill

    (Kawża T-543/11) (1)

    (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Revoka tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2012/C 273/15

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Emad Ghreiwati (Al Maliki, is-Sirja) (rappreżentant: P.-F. Gaborit, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u B. Driessen, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u E. Cujo, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 247, p. 3), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17), sa fejn isem ir-rikorrent tniżżel fil-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


    Top