Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0382

    Kawża T-382/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Lulju 2012 — Pigui vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni — Talba għal ordni — Inammissibbiltà manifesta” )

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/9


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2012 — Pigui vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-382/11) (1)

    (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni - Talba għal ordni - Inammissibbiltà manifesta)

    2012/C 273/14

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Cristina Pigui (Strejnic, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Alexe, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Roussanov, aġenti)

    Suġġett

    Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni Ewropea naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrenti intiża, l-ewwel nett, minn naħa, sabiex titwettaq, skont l-Artikoli 4 u 15 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Novembru 2006, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, p. 45), investigazzjoni dwar programm ta’ studju tal-Masters fuq l-internet organizzat mill-Akkademja Ewropea Online (EOA), imwaqqfa miċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (CIFE), f’kooperazzjoni mal-katedra Jean Monnet fl-Università ta’ Cologne (il-Ġermanja), u, min-naħa oħra, sabiex jittieħdu l-miżuri kollha previsti mill-Artikolu 6 tad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija sabiex jipprevjenu li l-illegalitajiet kommessi jirrepetu ruħhom, sussegwentement, sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li fiha kienu jinsabu inizjalment il-persuni milquta minn dawn l-atti illegali, jew għall-inqas, ir-rikorrenti, u, finalment, sabiex jintemm il-finanzjament tal-imsemmi master f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ prinċipji kbar fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(3)(i) ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll prinċipji rilevanti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    (2)

    Cristina Pigui hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


    Top