Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0329

    Kawża T-329/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Lulju 2012 — TME vs Il-Kummissjoni ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar ir-rijabilitazzjoni tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest, kofinanzjat mill-fondi strutturali ISPA — Deċiżjoni allegatament illegali tal-awtoritajiet Rumeni li jiċħdu l-offerta magħmula mir-rikorrenti — Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kontra r-Rumanija — Inammissibbiltà — manifesta” )

    ĠU C 273, 8.9.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 273/8


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012 — TME vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-329/11) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar ir-rijabilitazzjoni tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest, kofinanzjat mill-fondi strutturali ISPA - Deċiżjoni allegatament illegali tal-awtoritajiet Rumeni li jiċħdu l-offerta magħmula mir-rikorrenti - Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kontra r-Rumanija - Inammissibbiltà - manifesta)

    2012/C 273/13

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: TME SpA — Termomeccanica Ecologia (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Malinconico, S. Fidanzia u A. Gigliola, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u P. Van Nuffel, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2001, li għandha bħala suġġett l-ilment tal-kumpannija TME SpA dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi imposti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea min-naħa tar-Rumanija fil-kuntest tal-proġett “Bucharest Wastewater Treatment Plant Rehabilitation: Stage I ISPA 2004/R0/16/P/PE/003-03”, inerenti fl-irristrutturar tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest [D (2011)REGIO.B3/MAD], u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    (2)

    TME SpA — Termomeccanica Ecologia għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


    Top