EUR-Lex Adgang til EU-lovgivningen

Tilbage til forsiden

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62012TN0280

Kawża T-280/12: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Ġunju 2012 — Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 258, 25.8.2012, s. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/24


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2012 — Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/12)

2012/C 258/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Flying Holding NV (Antwerpen-Wilrijk, il-Belġju); Flying Group Lux SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu); u Flying Service NV (Antwerpen-Deurne, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Doutrelepont u V. Chapoulaud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-kawża preżenti bħala magħquda ma’ dik li għandha n-numru T-91/12;

tiddikjara din l-azzjoni bħala ammissibbli u fondata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tagħti l-kuntratt Nru PMO2/PR/2011/103 lill-kumpannija ABELAG AVIATION NV, li jsir riferiment għaliha fl-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt Nru 2012/S 83-135396 ippubblikat fit-28 ta’ April 2012 fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU/S — S83);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 1 014 400 evalwat mill-ġdid wara l-inflazzjoni sad-data tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali li għandha tingħata rigward il-likwidazzjoni tad-dannu, flimkien mal-interessi moratorji li għandhom jiġu kkalkolati minn din l-aħħar data sakemm isir il-ħlas sħiħ.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż kollha, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 89 tar-Regolament Finanzjarju (1) billi tat għal darbtejn suċċessivi l-kuntratt inkwistjoni lill-kumpannija ABELAG AVIATION, fil-kuntest ta’ kuntratti qafas, mingħajr kompetizzjoni effettiva peress li l-kumpannija ABELAG AVIATION biss kienet tħalliet tippreżenta offerta fiż-żewġ każijiet.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 123(1) tar-regoli ddettaljati (2), billi tat lil ABELAG AVIATION il-kuntratt inkwistjoni mingħajr ma laqgħet numru suffiċjenti ta’ kandidati sabiex tiżgura kompetizzjoni reali billi tipparaguna offerti differenti u tagħżel l-iktar waħda vantaġġuża.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom), Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.


Op