EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0227

Kawża T-227/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Wall vs UASI — Bluepod Media Worldwide (bluepod MEDIA) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bluepod MEDIA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti blue spot u Trade marks internazzjonali u nazzjonali verbali preċedenti BlueSpot — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009” )

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Wall vs UASI — Bluepod Media Worldwide (bluepod MEDIA)

(Kawża T-227/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bluepod MEDIA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti blue spot u Trade marks internazzjonali u nazzjonali verbali preċedenti BlueSpot - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009)

2012/C 258/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wall AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann u T. Boddien, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bluepod Media Worldwide Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Frar 2011, (R 301/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wall AG u Bluepod Media Worldwide Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Wall AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 02.07.2011.


Top