EUR-Lex Adgang til EU-lovgivningen

Tilbage til forsiden

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62011TA0061

Kawża T-61/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Vermop Salmon vs UASI — Leifheit (Clean Twist) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Clean Twist — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti TWIX u TWIXTER — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 258, 25.8.2012, s. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Vermop Salmon vs UASI — Leifheit (Clean Twist)

(Kawża T-61/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Clean Twist - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti TWIX u TWIXTER - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 258/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken, M. Ring u O. Sude, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2010 (Każ R 671/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vermop Salmon GmbH u Leifheit AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Vermop Salmon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


Op